You are here

Ir-Renju Unit

L-Eżekuttiv għas-Saħħa u s-Sigurtà (HSE) jamministra l-Punt Fokali tar-Renju Unit, appoġġjat mill-HSE Irlanda ta' Fuq (HSENI), l-imsieħba soċjali u oħrajn.



Fil-Gran Brittanja, hemm tradizzjoni twila ta’ regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà, li tmur lura għas-seklu 19. Il-pedament tas-sistemi attwali tas-saħħa u s-sigurtà ġie stabbilit mill-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol eċċ. tal-1974. Il-leġiżlazzjoni għandha fiċ-ċentru tagħha prinċipju sempliċi imma dejjiemi – dawk li joħolqu r-riskji huma fl-aħjar pożizzjoni biex jikkontrollawhom. Is-sistema baqgħet tajba maż-żmien u llum, il-Gran Brittanja għandha wieħed mill-aqwa rekords kombinati tas-saħħa u s-sigurtà fid-dinja. L-istrateġija tal-HSE tirrikonoxxi li d-dinja li qiegħda tinbidel tippreżenta sfidi ġodda għas-sistema tas-saħħa u s-sigurtà b’mod ġenerali, u tibda biex tindirizzahom.



B’mod wiesa’, l-HSE tinforza l-liġi dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-postijiet tax-xogħol industrijali u aktar minn 400 awtorità lokali jinfurzaw f’postijiet tax-xogħol kummerċjali. L-Uffiċċju tar-Regolamenti dwar il-Linji tal-Ferroviji (ORR) jinfurza l liġi b’rabta mal linji tal ferrovija. Iktar informazzjoni tista’ tinstab fuq www.hse.gov.uk/pubns/web42.pdf



Hemm arranġamenti oħra simili għall-Irlanda ta' Fuq.


Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Health and Safety Executive
Caxton House (7th Floor) Tothill StreetLondon
SW1H 9NA London
Ir-Renju Unit
Contact person:
Stuart BRISTOW
Indirizz elettroniku: UK [dot] FocalPoint [at] hse [dot] gsi [dot] gov [dot] uk