L-Awstrija

Ir-responsabbiltà għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Awstrija hija maqsuma bejn diversi korpi. Il-bażi legali u r-regolamenti qegħdin fl-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol [ArbeitnehmerInnenschutzgesetz]. L-ispettorat tax-xogħol, l-Ispettorat tax-Xogħol għat-Trasport (VAI), l-ispettorati provinċjali [Land] tal-Agrikoltura u l-Afforestazzjoni u impjegati ta' organizzazzjonijiet li jservu fis-settur pubbliku huma responsabbli mill-ħarsien li jkun hemm konformità mal-liġi relatata mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-websajt tal-ispettorat tax-xogħol fiha l-informazzjoni kollha neċessarja.

Min iħaddem huwa responsabbli mill-miżuri ta' prevenzjoni, iżda rigward dan huma appoġġati mill-imsieħba soċjali u l-istituzzjonijiet ta' assigurazzjoni soċjali.

Il-Ministeru Federali għax-Xogħol, li għalih jappartjeni l-Ispettorat tax-Xogħol, jaġixxi bħala l-Punt Fokali. L-atturi importanti kollha huma rrappreżentati fin-network Awstrijak u involuti fil-kwistjonijiet kollha relatati mal-Aġenzija.

Focal points' contact details

  • Bundesministerium für Arbeit und Wirtschaft
    Favoritenstrasse 7
    1040
    Wien
    Austria
    Contact person: Martina HÄCKEL-BUCHER
    E-mail address:
    Martina.Haeckel-Bucher [at] bmaw.gv.at