Estonja

Id-dokument prinċipali li jirrigwarda l-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Estonja huwa l-Att dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol adottat mill-Parlament tal-Estonja - ir-Riigikogu - ibbażat fuq diversi Regolamenti rilevanti tal-Gvern tar-Repubblika u tal-Ministru għall-Affarijiet Soċjali ġew żviluppati u saru liġi (l-Att daħal fis-seħħ fis-26 ta' Lulju 1999). Fis-sistema tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Estonja, il-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali jikkostitwixxu l-awtorità eżekuttiva li tirregola l-qasam kollu, filwaqt li tnejn mill-unitajiet strutturali tagħhom (il-Working Life Development Department u l-Health Care Department) huma involuti direttament fit-tfassil tal-politika tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-Punt Fokali Nazzjonali tal-Estonja jopera fil-Ministeru għall-Affarijiet Soċjali (fil-Working Life Development Department). Bħalissa in-netwerk tal-Punt Fokali jinkludi 16 -il istituzzjoni goveramentali u mhux governamentali.

Il-Punt Fokali Nazzjonali jaġixxi bħala rappreżentant tal-Aġenzija fl-Estonja, jaħdem bħala korp intermedjarju bejn l-Aġenizja u l-Istat Membru fl-attivitajiet rilevanti, kif ukoll bħala korp ta' koordinazzjoni għal attivitajiet fuq livell ta' Stat Membru. L-għan tal-websajt tal-Punt Fokali huwa li jipprovdi informazzjoni komprensiva kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll fuq il-livell tal-UE dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b'mod partikolari dwar prattiċi tajba u kampanji Ewropej. 

Is-superviżjoni tal-Istat rigward il-liġi tax-xogħol u l-konformità mar-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol hija indirizzata mill-Ispettorat tax-Xogħol. L-Ispettorat tax-Xogħol iżomm ukoll linja ta’ informazzjoni fejn l-impjegaturi u l-impjegati jistgħu jċemplu bil-mistoqsijiet tagħhom rigward il-liġi tax-xogħol u l-ambjent tax-xogħol.

Focal points' contact details

  • Labour Inspectorate of Estonia (Tööinspektsioon)
    Mäealuse 2/3
    12618
    Tallinn
    Estonia
    Contact person: Annely TANK
    E-mail address:
    annely.tank [at] ti.ee