Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll fl-OSH

Il-mudell ta’ mard rikonoxxut li għalih jingħata kumpens, ma jirriflettix is-sitwazzjoni reali fil-postijiet tax-xogħol. F’ sessjoni ta’ ħidma tal-EU-OSHA dwar il-piż ta’ mard relatat max-xogħol, ġie rrapportat li, minkejja l-obbligi ta’ rapportar u listi ta’ mard okkupazzjonali miftuħa, spiss ma jkun hemm l-ebda sistema fis-seħħ li tidentifika, timmira jew twieġeb b’mod attiv għal rapporti ta’ każijiet potenzjali ta’ mard relatat max-xogħol. Is-sistemi ta’ kontroll jistgħu jgħinu biex tingħeleb din il-problema billi jinġabru rapporti minn għadd kbir ta’ tobba "ta’ kontroll" infurmati jew imħarrġa jew esperti mħarrġa oħrajn (pereżempju infermiera okkupazzjonali).

Ir-rapporti ta’ monitoraġġ tal-mard relatat max-xogħol li jitqiesu bħala sinjali bikrija ta’ twissija jistgħu jgħinu biex jidentifikaw sitwazzjonijiet jew postijiet tax-xogħol fejn l-immaniġġjar tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali jeħtieġ li jitjieb. L-EU-OSHA ppubblikat riċerka dwar sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll sabiex tidentifika sinjali bikrija ta’ mard relatat max-xogħol:

Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll – rieżami tal-letteratura

Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll – proċeduri ta’ sessjonijiet ta’ ħidma għall-esperti

Approċċi ta’ twissija u ta’ kontroll għall-identifikazzjoni ta’ mard relatat max-xogħol fl-UE: Rapport u Sommarju

Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll – sessjonijiet ta’ ħidma għall-politika – proċedimenti 

Approċċi ta’ twissija u ta’ kontroll għall-identifikazzjoni ta’ mard relatat max-xogħol fl-UE: Preżentazzjoni għal udjenza esperta

Esplora l-karti kollha ta’ diskussjoni ta' esperti dwar Sistemi ta’ twissija u ta’ kontroll