L-Istħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER) tal-EU-OSHA huwa stħarriġ estensiv li jagħti ħarsa lejn kif ir-riskji tas-sigurtà u tas-saħħa huma ġestiti fil-prattika fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej.
Eluf ta' negozji u organizzazzjonijiet minn madwar l-Ewropa huma mitluba jwieġbu kwestjonarju li jiffoka fuq:
- Ir-riskji tas-sigurtà u tas-saħħa ġenerali fuq il-post tax-xogħol u kif inhuma ġestiti
- Riskji Psikosoċjali, bħal stress, bullying u fastidju
- Motivaturi u ostakli għall-ġestjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
- Parteċipazzjoni tal-ħaddiem fil-prattiki tas-saħħa u s-sigurtà.
Ir-riżultati li ħarġu minn dawn l-intervisti huma kkumplimentati b'analiżi sekondarja li tinvolvi serje ta' studji fil-fond li jiffokaw fuq suġġetti speċifiċi. F'dawn l-istudji huma applikati metodoloġiji tar-riċerka kwantitattivi u kwalitattivi biex jgħinu fil-fehim aħjar tas-sejbiet ewlenin li ħarġu mill-istħarriġ.