Glossarji tal-EU-OSHA

Il-glossarji multilingwi tal-EU-OSHA jikkonsistu f’termini tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol miġburin flimkien skont id-dominju jew il-qasam tal-għarfien. Il-kliem huwa elenkat f’ordni alfabetika flimkien mad-definizzjonijiet tagħhom.

L-EU-OSHA ħejjiet dawn il-glossarji fil-qafas tal-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa biex tiżgura komunikazzjoni konsistenti tal-kunċetti ewlenin rilevanti għall-kampanji speċifiċi. Dawn jinkludu xi vokabularju ta’ ħidma u definizzjonijiet għall-kunċetti l-aktar użati fl-oqsma.