Akkwist

Procurement. Workers in an office.

Għall-organizzazzjoni u l-funzjonament tagħha, l-EU-OSHA l-ħin kollu tiġi bżonn oġġetti u servizzi biex jappoġġjaw l-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma tagħha.

Il-proċeduri tal-akkwist isiru f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku applikabbli għall-istituzzjonijiet u għall-aġenziji tal-Unjoni Ewropea, li jiżguraw it-trasparenza, it-trattament ugwali, u l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fuq termini ugwali.

L-informazzjoni kollha meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist hija pprovduta jew permezz ta’ avviżi dwar kuntratti ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u/jew permezz tal-Portal tal-UE għall-Finanzjament u għall-Offerti, li jipprovdi aċċess dirett sħiħ u mingħajr restrizzjonijiet, b’xejn, għad-dokumenti tal-offerti u jippermetti l-ġestjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet relatati mal-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u l-proċedura ta’ akkwist.

Fl-EU-OSHA, aħna nniedu żewġ tipi ta’ proċeduri ta’ akkwist:

  • Sejħiet għall-offerti: immirati lejn l-operaturi ekonomiċi għall-forniment ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet speċifiċi b’rispons għall-ħtiġijiet definiti tal-EU OSHA.
  • Sejħiet għal espressjoni ta’ interess: immirati lejn professjonisti interessati li jaħdmu mal-EU-OSHA bħala esperti esterni.