You are here

Mard relatat max-xogħol

F’konformità mal- Qafas Strateġiku tal-UE dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq ix-Xogħol 2014-2020, waħda mill-prijoritajiet tal-EU-OSHA huwa li tappoġġja l-prevenzjoni tal-mard relatat max-xogħol. L-għan huwa mhux biss li jitjiebu l-ħajjiet tal-ħaddiema individwali, iżda wkoll li jitnaqqsu l- ispejjeż tal-mard relatat max-xogħol u l-imwiet.

L-għadd ta’ inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqas b’25 % tul dawn l-aħħar 10 snin. Madankollu, il-mard relatat max-xogħol għadu jammonta għal stima ta’ 2.4 miljun mewta madwar id-dinja kull sena, li 200,000 minnhom iseħħu fl-Ewropa. 

Il-ħidma tal-EU-OSHA dwar mard relatat max-xogħol għandha l-għan li tipprovdi bażi ta’ evidenza għall-prevenzjoni, il-politika u l-prattika. Objettiv ieħor importanti huwa li tingħata ħarsa ġenerali aħjar lejn l-estent tal-piż okkupazzjonali tal-mard.

Il-mard relatat max-xogħol jinkludi:

Proġetti attwali

Fl-2015, l-EU-OSHA nediet proġett ġenerali li jkopri tliet oqsma ta’ riċerka, politika u prattika dwar il-mard relatat max-xogħol:

Definizzjonijiet u regolamenti

"Marda relatata max-xogħol" hija kwalunkwe marda kkawżata minn fatturi tal-post tax-xogħol jew li tmur għall-agħar minħabba fihom. Dan jinkludi ħafna mard li għandu aktar kawżi kumplessi, li jinvolvu kombinazzjoni ta’ fatturi okkupazzjonali u dawk mhux relatati max-xogħol.

"Marda okkupazzjonali" hija kwalunkwe marda kkawżata primarjament minn esponiment għal fattur ta’ riskju fiżiku, organizzazzjonali, kimiku jew bijoloġiku jew għal kombinazzjoni ta’ dawn il-fatturi fuq ix-xogħol. Il-mard okkupazzjonali huwa l-aktar dak elenkat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali bħala li jirriżulta minn esponiment għal fatturi ta’ riskju fuq ix-xogħol. Ir-rikonoxximent ta’ marda okkupazzjonali jista’ jkun marbut mal-kumpens jekk jidher ċar li hemm relazzjoni kawżali bejn esponiment okkupazzjonali u l-marda.

L-iskeda Ewropea tal-mard okkupazzjonali tipprovdi rakkomandazzjonijiet li dwarhom il-mard okkupazzjonali jenħtieġ li jiġi inkluż fil-listi nazzjonali tal-Istati Membri. Din tagħmel ukoll rakkomandazzjonijiet dwar l-introduzzjoni ta’ regoli għal kumpens, prevenzjoni u ġbir ta’ data statistika.

Dokumenti ta’ gwida fil-livell tal-UE u fil-livell nazzjonali jiddefinixxu l-kriterji dijanjostiċi u ta’ esponiment għar-rikonoxximent ta’ marda relatata max-xogħol bħala marda okkupazzjonali elenkata. Fir-rigward tal-kumpens japplikaw kriterji addizzjonali, l-aktar dawk marbuta ma’ grad minimu ta’ korriment jew ta’ inkapaċità għax-xogħol. Bosta Stati Membri jippubblikaw data dwar mard okkupazzjonali rikonoxxut fir-rapporti annwali, pereżempju dwar l-istat tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali.

X’jikkawża l-mard fuq ix-xogħol?

Ħafna tipi ta’ mard, inkluż il-kanċer, id-disturbi fis-sistema tan-nifs, il-mard kardjovaskulari, il-mard tal-ġilda, il-mard muskoloskeletali u l-problemi ta’ saħħa mentali, jistgħu jiġu kkawżati jew imorru għall-agħar minħabba x-xogħol. Għalkemm il-kawżi sottostanti ta’ tali mard jistgħu jkunu kumplessi, ċerti esponimenti fuq il-post tax-xogħol huma magħrufa li jikkontribwixxu għall-iżvilupp jew għall-progressjoni ta’ marda, inklużi:

Huwa importanti li jiġu mmonitorjati mill-qrib ir-riskji assoċjati ma’ tali esponimenti u l-kombinazzjoni tagħhom ma’ xulxin u ma’ skedi tax-xogħol li jinbidlu.

Is-sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ prevenzjoni

Prattiki tajbin fil-livell ta’ intrapriża jinkludu l-promozzjoni ta’ kultura tal-prevenzjoni tar-riskju u tal-benesseri fil-post tax-xogħol. Huwa vitali wkoll li l-intrapriżi jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji u jirrispettaw il-ġerarkija tal-prevenzjoni.

Modi oħra li huma tajbin biex titnaqqas l-okkorrenza ta’ mard relatat max-xogħol huma billi jintuża monitoraġġ proattiv sabiex jiġu evitati l-problemi ta’ saħħa u billi jitrawwem post tax-xogħol tajjeb għas-saħħa permezz ta’ attivitajiet li jippromwovu s-saħħa fuq il-post tax-xogħol