Ir-rabtiet bejn l-esponiment għal fatturi ta’ riskju psikosoċjali relatati max-xogħol u l-mard kardjovaskulari

Keywords:

Dan id-dokument ta’ diskussjoni jesplora r-rabtiet bejn il-fatturi ta’ riskju psikosoċjali u r-riskju akbar ta’ mard tal-qalb u puplesija. Jeżamina l-effetti diretti li l-mekkaniżmi tal-istress jista’ jkollhom fuq is-sistema kardjovaskulari u kif l-impatt li l-istress relatat max-xogħol jista’ jkollu fuq drawwiet ta’ stil ta’ ħajja li mhux tajjeb għas-saħħa, jista’ mbagħad ikollu impatt fuq is-saħħa kardjovaskulari. Iqis ukoll il-kontribut ta’ ambjent tax-xogħol psikosoċjali favorevoli relatat max-xogħol bħala fattur protettiv kontra l-mard kardjovaskulari.

Huwa ssuġġerit approċċ ta’ prevenzjoni multidimensjonali u olistiku.

Niżżel in: en