Strateġija korporattiva u programmi ta’ ħidma

Il-programmi ta’ ħidma huma bbażati fuq l-istrateġija tal-EU-OSHA.

Strateġija 2025 - 2034:  definizzjoni tal-prijoritajiet biex jinkiseb impatt

L-istrateġija attwali tal-EU-OSHA tiddeskrivi l-prijoritajiet tagħha għal deċennju u tistabbilixxi tliet linji ta’ azzjoni strateġiċi bil-miri li ġejjin:

  1. Jiġu pprovduti evidenza u għarfien dwar ir-riskji attwali, ġodda u emerġenti rigward l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà u s-saħħa u l-prevenzjoni tagħhom, biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u r-riċerka.
  2. Jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp ta’ għodod u riżorsi li jagħtu s-setgħa lin-networks u lis-sħab tal-Aġenzija biex isir titjib fil-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
  3. Jiġu xprunati azzjonijiet biex titqajjem sensibilizzazzjoni u biex jinbena networking sabiex l-Aġenzija u l-partijiet ikkonċernati tagħha jkunu jistgħu jrawmu kultura pożittiva ta’ prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

Għal aktar informazzjoni, niżżel l-Istrateġija tal-EU-OSHA 2025-2034.

Ippjanar għas-snin li ġejjin

Id-Direttur Eżekuttiv tal-EU-OSHA jħejji kull sena dokument uniku ta’ programmazzjoni, li mbagħad jiġi adottat mill-Bord tat-Tmexxija, li jistabbilixxi l-programm kontinwu ta’ tliet snin tal-Aġenzija. Dan jistabbilixxi prijoritajiet ċari u għandu l-għan li jiżgura li l-Aġenzija tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi tagħha u min-network tagħha.  Id-dokument uniku ta’ programmazzjoni jagħti dettalji dwar l-attivitajiet operazzjonali li għandhom jitwettqu u l-objettivi li għandhom jintlaħqu fis-snin li ġejjin.

Biex tara l-programmi/d-dokumenti uniċi ta’ programmazzjoni ta’ ħidma għas-snin preċedenti, żur il-paġna tal-pubblikazzjonijiet tagħna.