“Standard armonizzat” huwa standard li jiġi adottat minn xi waħda mill-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni – il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u l-Istitut Ewropew għall-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) – wara li ssir talba mill-Kummissjoni Ewropea.
L-hekk imsejjaħ “Approċċ Ġdid” jirrappreżenta mod innovattiv ta’ armonizzazzjoni teknika billi jaqsam ir-responsabbiltajiet bejn il-leġiżlatur Ewropew u l-korpi Ewropej tal-istandards.
L-“Approċċ Ġdid” huwa bbażat fuq dawn il-prinċipji fundamentali li ġejjin:
- Id-direttivi Ewropej jiddefinixxu r-“rekwiżiti essenzjali” biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni ta’ saħħa, sigurtà, protezzjoni tal-konsumaturi, jew il-protezzjoni tal-ambjent. Dawn id-direttivi taħt l-approċċ il-ġdid huma bbażati fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (l-ex Artikolu 95 TUE) li jippermetti l-adozzjoni tal-miżuri għat-titjib tal-moviment liberu tal-merkanzija.
- Il-kompitu tat-tfassil tal-istandards armonizzati korrispondenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali tal-prodotti stabbiliti mid-direttivi huwa fdat f’idejn l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-istandardizzazzjoni (CEN, CENELEC u ETSI).
- Il-prodotti li jikkonformaw mal-istandards armonizzati huma meqjusa li jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali korrispondenti (preżunzjoni ta’ konformità, markar CE) u l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-moviment liberu ta’ dawn il-prodotti.
- L-użu ta’' dawn l-istandards jibqa’ volontarju. Standards alternattivi huma possibbli imma l-manifatturi mbagħad ikollhom l-obbligu li jagħtu prova li l-prodotti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti essenzjali.
Informazzjoni fil-fond dwar id-direttivi adottati taħt l-Approċċ Ġdid tinsab fit-taqsima dwar id-direttivi jew fuq il-paġni tal-web tal-Kummissjoni Ewropea li ġejjin:
-
https://ec.europa.eu/growth/index_en.htm (paġna ewlenija)
-
https://ec.europa.eu/growth/single-market/ce-marking/index_en.htm (taqsima fuq is-CE)
Links għall-korpi Ewropej u internazzjonali għall-istandardizzazzjoni
Korpi nazzjonali għall-istandardizzazzjoni
Membri tas-CENELEC