Ċaħda ta’ responsabbiltà
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tieħu ħsieb din il-websajt biex issaħħaħ l-aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha u bħala għodda ta’ aċċess għall-informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali. L-għan tagħna huwa li nżommu din l-informazzjoni aġġornata u preċiża. Jekk tinġibdilna l-attenzjoni dwar xi żbalji, aħna nippruvaw nikkoreġuhom. Madankollu, l-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni tkun xi tkun fir-rigward tal-informazzjoni fuq dan is-sit.
Din l-informazzjoni hija:
- ta’ natura ġenerali biss u mhix maħsuba biex tindirizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ kwalunkwe individwu jew entità partikolari;
- mhux neċessarjament komprensiva, kompleta, preċiża jew aġġornata;
- kultant marbuta ma’ siti esterni li fuqhom l-Aġenzija m’għandhiex kontroll u li għalihom l-Aġenzija ma tassumi l-ebda responsabbiltà;
- mhux parir professjonali jew legali (jekk teħtieġ parir speċifiku, għandek dejjem tikkonsulta professjonist kwalifikat xieraq).
Huwa l-għan tagħna li nimminimizzaw l-interruzzjonijiet ikkawżati minn żbalji tekniċi. Madankollu xi dejta jew informazzjoni fuq is-sit tagħna setgħet inħolqot jew ġiet strutturata f’fajls jew formati li mhumiex ħielsa mill-iżbalji u ma nistgħux niggarantixxu li s-servizz tagħna ma jkollux interruzzjonijiet jew li ma jiġix affettwat mod ieħor minn problemi bħal dawn. L-Aġenzija ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ dawn il-problemi mġarrba b’riżultat tal-użu ta’ dan is-sit jew ta’ kwalunkwe sit estern konness miegħu.
Din iċ-ċaħda ta’ responsabbiltà mhix maħsuba biex tillimita l-obbligazzjoni tal-Aġenzija jekk tikser kwalunkwe rekwiżit stabbilit fil-liġi nazzjonali applikabbli u lanqas biex teskludi l-obbligazzjoni tagħha għal materji li ma jistgħux jiġu esklużi taħt dik il-liġi.
It-traduzzjoni hija pprovduta miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni (CdT, il-Lussemburgu), abbażi tat-test oriġinali bl-Ingliż.
Avviż tad-drittijiet tal-awtur
© L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol
Ir-riproduzzjoni hija awtorizzata, sakemm is-sors huwa rikonoxxut, għajr jekk mhux iddikjarat mod ieħor.
Meta jkun meħtieġ permess minn qabel għar-riproduzzjoni jew l-użu ta’ informazzjoni testwali u multimidja (ħoss, immaġnijiet, softwer, eċċ.), dan il-permess għandu jikkanċella l-permess ġenerali msemmi hawn fuq u għandu jindika b’mod ċar kwalunkwe restrizzjoni fuq l-użu.