Glossary

ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZp
A
Assenteiżmu

Assenzi mhux ippjanati (xi kultant ripetuti fuq perjodu ta’ żmien) meta l-persuna tkun suppost qed taħdem.

B
Bilqiegħda b’mod dinamiku jew bilqiegħda waqt moviment

tfisser iċ-ċaqliq jew it-tibdil fil-pożizzjoni tal-ġisem meta persuna tkun bilqiegħda

E
Evalwazzjoni tar-Riskju

L-Evalwazzjoni tar-riskju hija proċess li jevalwa r-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika tal-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra:x'jista' jikkawża korriment jew ħsara;jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le;x'miżuri preventivi jew protettivi hemm jew għandhom jitħaddmu sabiex jikkontrollaw ir-riskji.

Evalwazzjoni tar-riskju li tqis id-diversità

Sabiex titqies id-diversità tal-forza tax-xogħol meta jiġu evalwati u mmaniġjati r-riskji fuq il-post tax-xogħol.

Evalwazzjoni tar-riskju sensittiva għall-ġeneru

Sabiex kwistjonijiet marbutin mal-ġeneru jiġu inklużi fl-evalwazzjoni tar-riskju tal-post tax-xogħol

F
Fatturi ta’ riskju għal MSDs

Gruppi differenti ta’ fatturi jistgħu jikkontribwixxu għal MSDs, inklużi fatturi fiżiċi u bijomekkaniċi, fatturi organizzazzjonali u psikosoċjali, fatturi individwali u personali.

Fiżiċi jew bijomekkaniċi

Il-pożizzjonijiet u l-movimenti tal-ġisem waqt ix-xogħol jistgħu jkunu ta’ ħsara minħabba r-repetizzjoni, id-dewmien jew l-isforz. Pereżempju, dawn li ġejjin huma fatturi ta’ riskju fiżiċi: xogħol fiżiku tqil (sforz qawwi), irfigħ tqil, pożizzjonijiet tal-ġisem skomdi, kompiti tax-xogħol fit-tul, bilqiegħda jew bilwieqfa fit-tul, u kompiti tax-xogħol li jridu jitwettqu b’mod ripetut jew bi preċiżjoni kbira

I
Immappjar tal-ġisem

Mappa tal-ġisem hija stampa li turi liema parti(jew partijiet) tal-ġisem ta’ ħaddiem tkun qed titweġġa, timrad jew tiġi stressjata mix-xogħol tiegħu.

Immappjar tal-periklu

Mappa tal-periklu turi fejn ikun hemm problemi tas-saħħa u tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dawn il-problemi jmarrdu, ikorru jew jistressjaw lill-ħaddiema.

Individwali u personali

L-età, il-ġeneru, it-tul, it-tul tad-dirgħajn, il-kapaċità fiżika, l-istorja medika preċedenti, in-nuqqas ta’ għarfien ta’t-tekniki tax-xogħol u l-proċeduri tas-sigurtà wkoll jistgħu jkunu fatturi ta’ riskju għal MSD jekk ir-riskji ma jiġux immaniġġjati kif suppost.

Intervent bikri

It-teħid ta’ miżuri - bħal pereżempju jiġu pprovduti appoġġ professjonali, riferiment u dijanjożi mgħaġġla, jiġi aġġustat l-ambjent tax-xogħol - mal-ewwel hekk kif jidhru s-sintomi. Dan inaqqas b’mod sinifikanti ċ-ċans li l-ħaddiem jesperjenza assenza fit-tul mix-xogħol. Intervent bikri jista’ jnaqqas l-assenteiżmu u jwassal għal frankar reali fil-kura tas-saħħa nazzjonali u fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali.

K
Kapaċità għax-xogħol

Tirrifletti l-bilanċ bejn id-domandi tax-xogħol u r-riżorsi individwali (personali), pereżempju f'dak li jikkonċerna t-tip ta’ xogħol, it-tagħbija tax-xogħol, l-organizzazzjoni tax-xogħol, is-saħħa, il-ħiliet, il-valuri, l-attitudnijiet u l-motivazzjoni.

M
Mard (muskoloskeletali) fid-dirgħajn relatat max-xogħol

Mard li jaffettwa l-għonq, l-ispallejn, id-dirgħajn, l-idejn, il-polz u s-swaba, li jikkawża wġigħ, skumdità, tnemnim u sensazzjonijiet ta’ tingiż, li hu kkawżat jew aggravat primarjament mix-xogħol u mill-effetti tal-ambjent immedjat fejn jitwettaq ix-xogħol.

Mard (muskuloskeletali) fir-riġlejn relatat max-xogħol

Mard li jaffettwa l-estremitajiet tan-naħa t’isfel, l-aktar il-ġenbejn, l-irkoppa u s-saqajn, li hu kkawżat jew aggravat primarjament mix-xogħol u mill-effetti tal-ambjent immedjat fejn jitwettaq ix-xogħol.

Mard fin-naħa t’isfel tad-dahar relatat max-xogħol

MSDs fin-naħa t’isfel tad-dahar relatat max-xogħol jinkludi problemi fid-diska vertebrali, korrimenti fil-muskolu u fit-tessut artab.

Mard Muskoloskeletali relatat max-xogħol (WR-MSDs)

Mard muskoloskeletali relatat max-xogħol huwa indebolimenti fl-istrutturi tal-ġisem, bħall-muskoli, il-ġogi, l-għeruq, il-ligamenti, in-nervituri, l-għadam u s-sistema lokalizzata taċ-’ ċirkulazzjoni tad-demm, li hu kkawżat jew aggravat primarjament mix-xogħol u mill-effetti tal-ambjent immedjat fejn jitwettaq ix-xogħol.

MSD akut

Bidu qalil mgħaġġel ta’ skumdità fuq perjodu ta’ żmien qasir minħabba esponiment għall-perikli tal-MSDs. Effett akut fuq is-saħħa jista’ wkoll jiġi deskritt bħala effett li jkollu impatt għal żmien qasir.

MSD kroniku

Skumdità fuq perjodu ta’ żmien medju sa twil bħala konsegwenza ta’ esponiment għall-perikli tal-MSDs. Effett kroniku fuq is-saħħa jista’ wkoll jiġi deskritt bħala impatt fit-tul jew bħala marda twila ta’ latenza.

O
Organizzazzjonali

Il-mod kif ix-xogħol jiġi organizzat f’dak li jirrigwarda n-numru ta’ sigħat tax-xogħol konsekuttivi, l-opportunitajiet għal pawżi, ir-ritmu tax-xogħol u l-varjazzjoni tal-kompiti tax-xogħol kollha jaffettwaw x’piż ikollhom il-kompiti tax-xogħol fiżiku.

p
periklu

avveniment fiżiku, fenomenu jew attività umana li potenzjalment jistgħu jkunu ta' ħsara u li jistgħu jikkawżaw mewt jew korriment, ħsara lill-proprjetà, taqlib soċjali u ekonomiku jew degradazzjoni ambjentali

P
Pożizzjoni dinamika tal-ġisem

Pożizzjonijiet dinamiċi tal-ġisem jirreferu għall-allinjamenti tal-ġisem li jseħħu meta l-ġisem u/jew id-dirgħajn u r-riġlejn ikunu qed jiċċaqalqu bħal meta persuna tkun qed timxi.

Pożizzjoni statika tal-ġisem

Pożizzjoni statika tal-ġisem isseħħ meta noqogħdu f’pożizzjoni waħda għal perjodu twil ta’ ħin. Eżempji jinkludu meta noqogħdu bilwieqfa, bilqiegħda jew għarkupptejna.

Pożizzjonijiet tal-ġisem

Il-pożizzjoni tal-ġisem hija l-pożizzjoni tar-ras, tat-torso, tad-dirgħajn u r-riġlejn. Pożizzjoni tal-ġisem attiva teħtieġ azzjoni kkoordinata ta’ ħafna muskoli u strutturi fil-ġisem. Pożizzjonijiet attivi jistgħu jkunu jew statiċi jew dinamiċi.

Preżenteiżmu

L-azzjoni ta’ ħaddiema li jiġu għax-xogħol allavolja jkollhom marda li tiġġustifika assenza u b’konsegwenza ta’ dan ikunu qed iwettqu xogħolhom f’kundizzjonijiet subottimali.

Psikosoċjali

Tagħbija ta’ xogħol eċċessiva u intensità għolja ta’ xogħol jistgħu t-tnejn li huma jżidu l-livelli ta’ stress tal-ħaddiema li mbagħad jistgħu jżidu t-tensjoni muskolari tagħhom u s-sensittività tagħhom biex iħossu l-uġigħ. Barra minn hekk, nuqqas ta’ kontroll fuq il-kompiti tax-xogħol jew fuq il-mod u r-ritmu li bih jitwettqu l-kompiti, kif ukoll nuqqas ta’ appoġġ mill-kollegi jew mill-maniġment, ukoll jistgħu jżidu r-riskju ta’ MSDs. Dan minħabba l-fatt li jekk il-ħaddiema jħossuhom taħt wisq pressjoni fuq ix-xogħol, ma jkunux jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet adegwati jew jadottaw pożizzjonijiet tal-ġisem u prattiki siguri tax-xogħol u għaldaqstant fatturi psikosoċjali jsiru fatturi ta’ riskju għall-MSDs.

R
Riabilitazzjoni

Proċess li jirristawra l-“livelli funzjonali fiżiċi, sensorjali, intellettwali, psikoloġiċi u soċjali ottimali” tal-pazjent.

Riskji

Riskju huwa l-possibilità, kbira jew żgħira, li xi ħadd jista' jsofri ħsara minn xi periklu.

Ritorn għax-xogħol

Ir-ritorn għax-xogħol huwa sforz koordinat li għandu l-għan li jinżamm l-impjieg u jiġi evitat it-tluq bikri mix-xogħol, u jinkludi l-proċeduri u l-interventi kollha maħsuba biex jipproteġu u jippromovu s-saħħa u l-kapaċità għax-xogħol tal-ħaddiema u biex jiffaċilitaw l-integrazzjoni mill-ġdid fuq il-post tax-xogħol ta’ kull min ikun qed jesperjenza tnaqqis fil-kapaċità għax-xogħol b’konsegwenza ta’ korriment jew mard.

T
Tagħbija tal-muskoli f’pożizzjoni statika

din hija l-isforz li l-muskoli tiegħek iridu jagħmlu biex tinżamm pożizzjoni mingħajr ma tiċċaqlaq, eż. iżżomm dirgħajk ’il barra mingħajr ma ċċaqalqu, jew inkella toqgħod bilwieqfa jew bilqiegħda fl-istess pożizzjoni mingħajr ma tiċċaqlaq.

Tluq / rtirar bikri

Tluq / rtirar bikri mix-xogħol għal raġunijiet ta’ saħħa tirreferi għal sitwazzjoni meta persuna tieqaf taħdem qabel l-età normali ta’ waqfien (irtirar) mix-xogħol minħabba saħħitha.

X
Xogħol sedentarju

Dan huwa xogħol fejn inti tkun bilqiegħda għall-biċċa l-kbira tal-ħin li fih tkun qed taħdem, jew tkun bilqiegħda kontinwament għal perjodi twal ta’ ħin.