Gwida elettronika dwar l-immaniġġjar tal-istress u r-riskji psikosoċjali

E-guide to managing stress and psychosocial risks

Il-gwida elettronika dwar l-immaniġġjar tal-istress u r-riskji psikosoċjali hija disponibbli f’verżjonijiet nazzjonali. Din tipprovdi informazzjoni dwar l-istress u r-riskji psikosoċjali biex jitrawmu s-sensibilizzazzjoni, il-fehim u l-ġestjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq il-post tax-xogħol.

Il-gwida elettronika hija ddisinjata biex twieġeb għall-bżonnijiet tal-impjegaturi u n-nies li jaħdmu f’intrapriżi żgħar, li jkunu bdew jersqu lejn ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol, u li jkollhom bżonn gwida dwar l-ewwel passi, inkluż:

  • spjegazzjonijiet sempliċi tal-istress relatat max-xogħol u r-riskji psikosoċjali
  • l-effetti fuq in-negozji u l-ħaddiema
  • eżempji prattiċi ta’ kif jiġu evitati u indirizzati r-riskji psikosoċjali
  • referenzi għal leġiżlazzjoni nazzjonali
  • informazzjoni dwar riżorsi nazzjonali u għodod prattiċi