L-OSH Pulse 2022 joffri għarfien siewi dwar firxa ta’ impatti li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq is-saħħa u l-benesseri tal-ħaddiema fl-Ewropa kollha. Jesplora wkoll kif il-postijiet tax-xogħol wieġbu, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa mentali u l-użu dejjem akbar tat-teknoloġiji diġitali fuq il-post tax-xogħol.
Fir-Rebbiegħa tal-2022, kampjun rappreżentattiv ta’ aktar minn 27 000 ħaddiem impjegat ġew intervistati fuq it-telefon madwar l-UE kollha, flimkien mal-Iżlanda u n-Norveġja.
L-oqsma ta’ prijorità ewlenin jinkludu:
- Il-fatturi ta’ riskji psikosoċjali, l-istress u s-saħħa mentali
- Riżultati fil-qasam tas-saħħa relatati max-xogħol
- Il-miżuri preventivi tal-OSH b’fokus fuq is-saħħa mentali
- L-opinjonijiet u l-esperjenzi tal-OSH fuq il-post tax-xogħol
- Id-diġitalizzazzjoni u l-użu tat-teknoloġiji diġitali
Is-sejbiet huma disponibbli f’ rapport ta’ ħarsa ġenerali u sommarju, filwaqt li 29 skeda informattiva tal-pajjiżi joffru ħarsa lejn ir-riżultati nazzjonali, u infografika tenfasizza s-sejbiet ewlenin. Ir-riżultati tal-istħarriġ jappoġġaw il-proġetti ta’ riċerka tal-EU-OSHA dwar id-diġitalizzazzjoni tax-xogħol, ir-riskji psikosoċjali u l-istress fuq ix-xogħol, u t-titjib tal-konformità mar-regolamenti tal-OSH.
Iddawnlowdja s-sett tad-data tal-OSH Pulse u d-dokumenti tekniċi.