Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa Waqqaf il-Pandemija

Image

COVID-19: Riżorsi għall-post tax-xogħol

Il-pandemija tal-COVID-19 hija waħda mill-akbar sfidi li s-soċjetajiet u n-negozji ffaċċjaw. Se jkun possibbli biss li negħlbu din l-isfida jekk naħdmu flimkien biex inwaqqfu t-tixrid ta’ din il-marda u nipprovdu ambjent tax-xogħol sikur u li jġib ’l quddiem is-saħħa kemm għat-teleħaddiema li jaħdmu mid-dar kif ukoll għal dawk li jirritornaw lejn il-postijiet tax-xogħol tas-soltu tagħhom. Din it-taqsima tippreżenta ġabra ta’ dokumenti ta’ gwida, ta’ materjal dwar is-sensibilizzazzjoni u ta’ aktar links dwar is-suġġett.

F’postijiet tax-xogħol fejn il-ħaddiema jistgħu jiġu esposti għal virus, li jappartjeni għall-kategorija aġenti bijoloġiċi, l-impjegaturi jridu jwettqu valutazzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol u jistabbilixxu miżuri xierqa. Il-gwida ppreżentata f’din il-paġna għandha l-għan li tappoġġa lill-impjegaturi f’dawn id-dmirijiet. Ir-rekwiżiti legali minimi huma stabbiliti fid-Direttiva dwar l-Aġenti Bijoloġiċi. Aktar informazzjoni dwar is-suġġett tista’ tinstab fit-taqsima tagħna dwar sustanzi perikolużi (is-subtaqsima aġenti bijoloġiċi).

Gwida tal-UE

X’jistgħu jagħmlu fil-prattika l-postijiet tax-xogħol biex jgħinu jindirizzaw din il-pandemija u jipproteġu lill-impjegati? L-għarfien u s-sensibilizzazzjoni huma ewlenin — kulħadd għandu jkun infurmat sew dwar kif jinfirex il-virus, is-sintomi tal-infezzjoni u kif għandu jitnaqqas l-esponiment. Il-gwida tagħna tgħin lill-organizzazzjonijiet jipprovdu lill-impjegati l-informazzjoni li jeħtieġu u jimplimentaw miżuri biex jipprevjenu l-infezzjoni.

L-impatt tal-Covid fit-Tul fuq il-ħaddiema u l-postijiet tax-xogħol u r-rwol tal-OSH

COVID-19: Lura għall-post tax-xogħol — L-adattament tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema (a verżjoni PDF)

Gwida dwar ir-ritorn għax-xogħol wara l-COVID-19 u l-COVID fit-tul għall-ħaddiema li qed jirkupraw

Gwida dwar ir-ritorn għax-xogħol wara l-COVID-19 u l-COVID fit-tul għall-maniġers

Kunsiderazzjonijiet dwar l-użu ta’ testijiet rapidi tad-detezzjoni tal-antiġeni (inklużi l-awtotestijiet) għas-SARS-CoV-2 f’ambjenti ta’ postijiet tax-xogħol

COVID-19: guidance for the workplace

Ipprova l-għodda tal-valutazzjoni tar-riskju OiRA tal-COVID-19

Vidjo dwar is-sensibilizzazzjoni Napo fi...waqqaf il-pandemija

Telexogħol

Fil-kuntest attwali ta’ konfinament minħabba l-pandemija tal-COVID-19, miljuni ta’ ħaddiema Ewropej qed jiġu mġiegħla jaħdmu mid-dar full-time biex inaqqsu r-riskju li jieħdu l-virus. Realtà ġdida li tista’ tħalli impatt fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. Il-gwida turi kif il-persuni jistgħu jipproteġu lilhom infushom b’mod effettiv waqt telexogħol ibbażat fid-dar.

Suġġerimenti prattiċi biex it-telexogħol ibbażat fid-dar iġib is-saħħa ’l quddiem, ikun sikur u effettiv kemm jista’ jkun

Bażi tad-data tal-MSD ta’ għodod prattiċi u gwida: telexogħol

Vidjo dwar is-sensibilizzazzjoni Napo qed...jaħdem mid-dar biex iwaqqaf il-pandemija

Riżorsi minn organizzazzjonijiet tal-UE u internazzjonali

Kummissjoni Ewropea: Guidelines for the protection of seasonal workers

Kummissjoni Ewropea: Factsheet on the protection of seasonal workers 

European Commission: webpage on COVID-19

European Commission: data portal for researchers

European Centre for Disease Prevention and Control (ECDC)

COVID-19 EU PolicyWatch by Eurofound

International Labour Organization (ILO)

World Health Organization (WHO) 

Aġenti bijoloġiċi

Aħna għandna l-għan li nuru s-sensibilizzazzjoni dwar l-esponiment għal dawn il-perikli fuq il-post tax-xogħol u nipprovdu aktar informazzjoni dwar il-problemi tas-saħħa assoċjati, li ma jinkludux biss il-mard infettiv iżda anke l-kanċer u l-allerġiji.

Aġenti bijoloġiċi u mard relatat max-xogħol: riżultati ta’ rieżami tal-letteratura, stħarriġ tal-esperti u analiżi tas-sistemi ta’ monitoraġġ

Aġenti bijoloġiċi u l-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol: rieżami 

Epidemiji u l-Post tax-Xogħol

Aġenti bijoloġiċi

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati għal ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati f’okkupazzjonijiet relatati mal-annimali

Aġenti bijoloġiċi u mard relatat max-xogħol assoċjat f’okkupazzjonijiet li jinvolvu l-ivvjaġġar u l-kuntatt ma’ vjaġġaturi

L-esponiment għal aġenti bijoloġiċi u l-effetti relatati fuq is-saħħa fis-setturi tal-ġestjoni tal-iskart u tat-trattament tal-ilma mormi

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati fil-kultivazzjoni tar-raba’