Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati għal ħaddiema fil-kura tas-saħħa
18/12/2019 Tip: Dokumenti ta' diskussjoni 18 paġni

Esponiment għal aġenti bijoloġiċi u problemi ta’ saħħa relatati għal ħaddiema fil-kura tas-saħħa

Keywords:Sustanzi Perikolużi, Biological agents, In-nisa u l-OSH

Bħala parti minn proġett maġġuri maħsub biex iżid l-għarfien dwar l-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol, l-EU OSHA investigat ir-riskji li jinħolqu għall-ħaddiema fis-settur tal-kura tas-saħħa permezz tal-esponiment għal dawn l-aġenti. L-istampa ppreżentata f’dan id-dokument ta’ diskussjoni nbniet permezz ta’ riċerka fuq dak li għamel ħaddieħor u fuq ġbir ta’ data, kif ukoll permezz ta’ intervisti u gruppi ta’ fokus ma’ esperti u ma’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa.

Id-dokument ta’ diskussjoni enfasizza t-tipi ta’ esponiment, l-effetti fuq is-saħħa, ir-rotot ta’ esponiment u r-riskji emerġenti li huma relevanti għas-settur. Jikkunsidra gruppi ta’ ħaddiema li huma f’riskju partikolari u jistaqsi liema miżuri ta’ politika jistgħu jgħinu biex isir progress lejn approċċ aktar sistematiku għall-ġestjoni tar-riskju.

Tniżżil
download

Pubblikazzjonijiet addizzjonali dwar dan is-suġġett