Is-‘Sett ta’ għodod għall-Kampanja tal-OSH Online’ jipprovdi pariri prattiċi dwar it-tħejjija u l-organizzazzjoni ta’ kampanji tal-OSH b'suċċess u juri eżempji prattiċi ta’ diversi għodod ta’ komunikazzjoni b’għajnuniet u suġġerimenti prattiċi għall-użu tagħhom.
L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħolqot Sett ta’ għodod għall-Kampanja tal-OSH, websajt iddedikata biex tipprovdi gwida pass pass għall-ippjanar u l-organizzazzjoni ta’ kampanji promozzjonali tal-OSH effikaċi, irrispettivament mid-daqs tal-organizzazzjoni tiegħek.
Hija faċli biex tużaha u tipprovdi l-pariri kollha meħtieġa biex tibda kampanja.
Kif nużaha?
Is-sett ta’ għodod għandu jgħin fl-ippjanar ta’ kampanja u fid-deċiżjoni dwar:
- il-Messaġġi tagħha
- L-udjenza fil-mira tagħha
- Id-distribuzzjoni ġeografika tagħha
- Il-baġit allokat lilha, u aktar
Iżda mhuwiex sett ta’ regoli stretti li jridu jiġu segwiti. Minflok, is-sett ta’ għodod jagħti għażla ta’ rakkomandazzjonijiet li jistgħu jiġu adattati għal kull organizzazzjoni u għaċ-ċirkostanzi individwali tagħha.
Għodod u eżempji
Is-sett ta’ għodod jissuġġerixxi riżorsi li għandhom jgħinu biex il-kampanja tkun suċċess, inkluż għodod għal:
- Komunikazzjoni mal-midja
- Reklamar
- Avvenimenti
Joffri għajnuniet u suġġerimenti prattiċi u jipprovdi eżempji mid-dinja reali tal-użu tagħhom.