You are here

Mard relatat max-xogħol minn aġenti bijoloġiċi

L-aġenti bijoloġiċi  huma magħrufa li jikkawżaw problemi ta’ saħħa. Skont l- Istħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol 2015, proporzjon dejjem jiżdied ta’ ħaddiema Ewropej (13 %, li huwa 1.5 darbiet aktar mill-10 snin preċedenti) huma esposti għal aġenti infettivi fuq ix-xogħol. L-aġenti bijoloġiċi jinkludu vajrusis, batterji, fungi u parassiti, u jistgħu jikkawżaw problemi ta’ saħħa direttament jew permezz tal-esponiment għal allerġeni jew tossini relatati.

Esponiment relatat max-xogħol għal aġenti bijoloġiċi jista’ jiġi assoċjat ma’ diversi problemi ta’ saħħa, inkluż mard infettiv, kanċer u allerġiji. Xi aġenti bijoloġiċi jistgħu jagħmlu wkoll ħsara lil trabi fil-ġuf.

Ħaddiema f’ċerti setturi, bħas-servizzi tal-kura tas-saħħa u dawk veterinarji, l-agrikoltura, l-immaniġġjar tad-drenaġġ, u l-laboratorji, jinsabu partikolarment f’riskju. Dawn il-ħaddiema jistgħu jaħdmu direttament ma’ mikrobi jew ikunu esposti għalihom permezz ta’ kuntatt ma’, pereżempju, fluwidi tal-ġisem jew ħamrija. Jekk is-sors tal-esponiment għal aġent bijoloġiku jkun magħruf, huwa relattivament faċli li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa. Il-maniġment tar-riskju ta’ sorsi ta’ esponiment mhux magħrufa huwa ħafna aktar diffiċli.