Sommarju - Aġenti bijoloġiċi u l-prevenzjoni ta’ mard relatat max-xogħol: rieżami
Keywords:Dan ir-rapport huwa r-riżultat finali ta’ proġett kbir ħafna li ġie kkummissjonat biex jiġi indirizzat l-esponiment għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol u l-effetti relatati fuq is-saħħa L-istudju inkluda rieżami tal-letteratura xjentifika, intervisti ma’ esperti, sessjonijiet ta’ gruppi fokus u sessjoni ta’ ħidma tal-partijiet ikkonċernati. Ir-rapport jippreżenta sommarju konsolidat tar-riżultati tal-proġett kollu kemm hu skont temi importanti identifikati matul ir-rieżami, bħal setturi ta’ tħassib, gruppi vulnerabbli, riskji emerġenti u sistemi ta’ monitoraġġ li joperaw fil-pajjiżi Ewropej.
Attwalment, ma hemm l-ebda approċċ sistematiku għall-prevenzjoni tal-esponiment għal aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol u r-rikonoxximent tal-problemi tas-saħħa relatati. Billi jiġi analizzat l-għarfien eżistenti ta’ dawn il-fatturi ta’ riskju, jiġu identifikati l-lakuni fid-data u jiġu proposti għażliet ta’ politika futuri, ir-rapport għandu l-għan li jqajjem sensibilizzazzjoni tal-kwistjoni u jipprovdi informazzjoni affidabbli li tista’ tappoġġa l-isforzi biex jiġu stabbiliti miżuri preventivi effettivi.