Skopri min aħna, x’nagħmlu, kif aħna organizzati u x’inhuma l-viżjoni u l-missjoni tagħna.
L-EU-OSHA hija l-aġenzija tal-informazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali. Ix-xogħol tagħna jikkontribwixxi għall-Qafas Strateġiku tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol 2021-2027.
F’din it-taqsima tista’ taqra dwar l-attivitajiet ewlenin tagħna u l-arranġamenti ta’ governanza. L-uffiċċju tal-istampa tagħna joffri l-appoġġ kollu li teħtieġ biex tkopri l-kwistjonijiet tal-OSH. Agħmel kuntatt magħna jew aqra l-aħħar stejjer. Tista’ ssir taf aktar ukoll dwar il-punti fokali nazzjonali li jaħdmu magħna biex niksbu l-għanijiet tagħna. Jew forsi inti interessat li taħdem magħna inti stess? Kemm jekk tixtieq titfa’ offerta għal kuntratt kif ukoll jekk tixtieq tapplika għal impjieg magħna, tista’ ssib l-informazzjoni li teħtieġ f'din it-taqsima.