Kooperazzjoni ma’ aġenziji oħrajn

L-aġenziji tal-UE

L-EU-OSHA tikkoopera b'mod attiv mal-aġenziji tal-UE li ġejjin:

il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)        
iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP)        
il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF)        
l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)        
Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (Eismea)       
l-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali (FRA)        
l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Kif l-Aġenziji tal-UE qed jaħdmu għalik

Ara dan il-vidjow biex tara kif l-aġenziji tal-UE jikkontribwixxu għas-soċjetà Ewropea.

 

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kapijiet tal-Aġenziji tal-UE u l-Impriżi Konġunti: Tolleranza żero għal fastidju sesswali

L-EU-OSHA timpenja lilha nfisha għal tolleranza żero lejn fastidju sesswali, vjolenza abbażi tal-ġeneru u fastidju ta’ kwalunkwe forma fuq il-post tax-xogħol.

Fit-8 ta’ Marzu 2018, l-EU-OSHA iffirmat din id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Aġenziji tal-UE b’appoġġ għas-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri tal-ħaddiema kollha abbażi tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-trattament ugwali fuq il-post tax-xogħol.

Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kapijiet tal-Aġenziji tal-UE u l-Impriżi Konġunti:Tolleranza żero għal fastidju sesswali

Memorandum ta’ Qbil bejn il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

Dan il-Memorandum ta’ Qbil bejn l-EU-OSHA u l-Eurofound jistabbilixxi l-oqsma ta’ kollaborazzjoni mill-qrib tagħhom. Dawn intgħażlu biex jiġu massimizzati l-benefiċċji għaż-żewġ aġenziji u biex tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni ta’ attivitajiet fl-oqsma identifikati ta’ interess komuni.  
L-MtQ kurrenti daħal fis-seħħ fi Frar 2007

Memorandum ta’ Qbil bejn il-EUROFOUND u l-EU-OSHA 

Qafas għal kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE)

Il-qafas għal kooperazzjoni bejn l-EU-OSHA u l-EIGE għandu l-għan li jiżgura kooperazzjoni effettiva bejn iż-żewġ aġenziji u jevita d-duplikazzjoni ta’ attivitajiet.

Il-qafas għal kooperazzjoni bejn l-EU-OSHA u l-EIGE 

Memorandum ta’ Qbil bejn l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA)

L-għan ta’ dan il-Memorandum ta’ Qbil huwa li jtejjeb il-kooperazzjoni bejn l-ECHA u l-EU-OSHA sabiex jiġu żviluppati sinerġiji u jiġi kondiviż l-għarfien dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku permezz ta’ aktar kooperazzjoni u, b’mod partikolari, permezz ta’ skambju attiv ta’ informazzjoni.  
L-MtQ daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2010.

Memorandum ta’ Qbil bejn l-ECHA u l-EU-OSHA 

Qafas għall-kooperazzjoni bejn iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) 

Dikjarazzjoni ta’ intenzjoni għal kooperazzjoni bejn id-DĠ GROW, l-EU-OSHA u l-Eismea

Proġett dwar Sħubiji ta’ Komunikazzjoni

L-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, jew l-SMEs, huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Ewropa. Dawn jirrappreżentaw 99 % tan-negozji kollha fl-UE. Jimpjegaw madwar 100 miljun persuna, jirrappreżentaw aktar minn nofs il-PDG tal-Ewropa u għandhom rwol ewlieni fiż-żieda tal-valur f’kull settur tal-ekonomija. L-SMEs iġibu soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi bħat-tibdil fil-klima, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-koeżjoni soċjali u jgħinu biex din l-innovazzjoni tinfirex madwar ir-reġjuni kollha tal-Ewropa. Għalhekk huma ċentrali għat-tranżizzjonijiet doppji tal-UE għal ekonomija sostenibbli u diġitali. Dawn huma essenzjali għall-kompetittività u l-prosperità tal-Ewropa, l-ekosistemi industrijali, is-sovranità ekonomika u teknoloġika, u r-reżiljenza għal xokkijiet esterni.

Fl-2015, Dikjarazzjoni ta’ Kooperazzjoni ġdida bejn id-Direttorat Ġenerali għall-Intrapriża u l-Industrija (issa d-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW)), l- Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (issa l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-SMEs (Eismea)) u l-EU-OSHA ffaċilitaw sħubija uffiċjali man-Network Enterprise Europe (EEN).

Network Enterprise Europe

Enterprise Europe Network Occupational Safety and Health Award

In-Network Enterprise Europe (EEN) jgħin lin-negozji biex jinnovaw u jikbru fuq skala internazzjonali. Huwa l-akbar network ta’ appoġġ fid-dinja għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) b’ambizzjonijiet internazzjonali.

In-Network huwa attiv fuq livell dinji. Jgħaqqad flimkien esperti minn organizzazzjonijiet membri li huma magħrufa għall-eċċellenza tagħhom fl-appoġġ ta’ negozji.

Il-Proġett dwar Sħubija fil-Komunikazzjoni (CPP) għandu l-għan li titqajjem sensibilizzazzjoni dwar l-importanza tal-OSH għall-SMEs u biex dawn jingħataw aċċess faċli għal informazzjoni prattika u kuntatti utli fil-livelli nazzjonali u reġjonali, inklużi laqgħat ta’ sħubija nazzjonali, pakketti biex titqajjem sensibilizzazzjoni u attivitajiet oħra bħall-Premijiet tal-EEN għall-OSH.

Il-membri tal-EEN huma wħud mis-sħab ewlenin li jgħinu lill-EU-OSHA tilħaq l-objettivi tagħha, flimkien mad-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW), il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (Eismea) u l-punti fokali nazzjonali tal-EU-OSHA.