OSHwiki hija enċiklopedija fuq l-internet kollaborattiva ta' informazzjoni preċiża u affidabbli dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH).
Kulħadd jista' jaċċessa OSHwiki, jikkonsulta, isegwi u jaqsam artikli, u awturi akkreditati jistgħu jikkontribwixxu malajr u b'mod faċli għal dan il-korp ta' għarfien li qed jiżviluppa kontinwament. Nisperaw li OSHwiki trawwem ukoll kultura parteċipattiva, billi tipprovdi mod ideali biex il-komunità tal-OSH toħloq netwerk u tifforma kollaborazzjonijiet u sinerġiji.
Min jikkontribwixxi għal OSHwiki u kif?
Awturi akkreditati jistgħu jeditjaw, iżidu ma' jew jittraduċu l-kontenut eżistenti, li jkopri dawn il-kategoriji ewlenin li ġejjin:
- OSH b'mod ġenerali
- Il-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-OSH
- Strateġiji ta' prevenzjoni u ta' kontroll
- Sustanzi perikolużi (kimiċi u bijoloġiċi)
- Aġenti fiżiċi
- Ergonomija
- Sigurtà
- L-organizzazzjoni tax-xogħol
- Kwistjonijiet psikosoċjali
- Saħħa
- Setturi u impjiegi
- Gruppi fir-riskju
Alternattivament, awturi akkreditati jistgħu jżidu kontenut ġdid dwar suġġetti li jinteressawhom personalment.