X’nagħmlu

Image
Making Europe a safer healthier and more productive place of work banner

Il-viżjoni tal-EU-OSHA tispjega x’qed timmira li tikseb l-Aġenzija u tirreferi għall-għan tal-kontribut tagħha. 

Aħna nipproteġu s-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema billi ninformaw il-politika, nappoġġaw il-prevenzjoni tar-riskji, nissensibilizzaw u ninvolvu lill-atturi ewlenin.

Aħna nimplimentaw il-viżjoni tagħna billi:

  • Jiġu pprovduti evidenza u għarfien dwar ir-riskji attwali, ġodda u emerġenti rigward l-impatt tagħhom fuq is-sigurtà u s-saħħa u l-prevenzjoni tagħhom, biex jiġu appoġġati t-tfassil tal-politika u r-riċerka.
  • Jiġi promoss u ffaċilitat l-iżvilupp ta’ għodod u riżorsi li jagħtu s-setgħa lin-networks u lis-sħab tal-Aġenzija biex isir titjib fil-prevenzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
  • Jiġu xprunati azzjonijiet biex titqajjem sensibilizzazzjoni u biex jinbena networking sabiex l-Aġenzija u l-partijiet ikkonċernati tagħha jkunu jistgħu jrawmu kultura pożittiva ta’ prevenzjoni tar-riskju fuq il-post tax-xogħol.

L-attivitajiet ewlenin tagħna

  • Il-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa — il-kampanji tagħna ta’ sentejn joħolqu sensibilizzazzjoni dwar suġġetti tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali (OSH) madwar l-Ewropa
  • Il-proġett Interattiv fuq l-Internet tal-Valutazzjoni tar-Riskji (OiRA) — aħna nipprovdu għodod online għall-valutazzjoni tar-riskji għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju biex jivvalutaw u jimmaniġġjaw ir-riskji fuq il-post tax-xogħol
  • L-istħarriġ ESENER — dan l-istħarriġ estensiv jipprovdi ritratt ta’ kif ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà huma mmaniġġjati fuq il-postijiet tax-xogħol Ewropej
  • OSHwiki  — enċiklopedija online kollaborattiva ta’ informazzjoni preċiża u affidabbli dwar l-OSH
  • Proġetti mbassra — aħna nenfasizzaw u nistudjaw riskji ġodda u emerġenti fl-OSH permezz ta’ proġetti ta’ tbassir iddedikati
  • Ħarsiet ġenerali lejn l-OSH — aħna nipprovdu ħarsiet ġenerali lejn suġġetti speċifiċi tal-OSH u nidentifikaw il-prijoritajiet
  • Films tan-NAPO  — serje ta’ films qosra, divertenti, mhux marbutin ma’ lingwa dwar suġġetti importanti tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol