Aġenti bijoloġiċi u mard relatat max-xogħol: riżultati ta’ analiżi tal-letteratura, stħarriġ tal-esperti u analiżi tas-sistemi ta’ monitoraġġ
Keywords:Dan ir-rapport jifforma parti minn proġett kbir biex jiġu indirizzati r-riskji ppreżentati mill-aġenti bijoloġiċi fuq il-post tax-xogħol. L-għan tal-proġett huwa li jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar l-esponimenti għal dawn il-perikli fuq ix-xogħol, li tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar il-problemi tas-saħħa relatati u li jiġu appoġġati l-isforzi biex dawn jiġu evitati.
Ir-rapport jippreżenta r-riżultati ta’ analiżi tal-letteratura xjentifika, stħarriġ tal-esperti u analiżi ta’ sistemi magħżula użati mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-monitoraġġ tal-mard u tal-esponimenti. Hu jivvaluta l-għarfien eżistenti dwar is-suġġett, inkluż dwar riskji ġodda u emerġenti, jidentifika l-lakuni fid-data, u jagħmel rakkomandazzjonijiet biex jitjiebu l-monitoraġġ u l-prevenzjoni ta’ dawn ir-riskji mifruxa iżda ftit li xejn mifhuma.