Is-sħana fuq ix-xogħol: Il-prevenzjoni tal-mard u l-protezzjoni tal-ħaddiema

Image
Workers drinking water

© kamonrat - stock.adobe.com

B’temperaturi għoljin rekord fl-Ewropa kollha, is-sħana saret tħassib serju għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Madwar wieħed minn kull ħames ħaddiema fl-UE kollha ffaċċjaw sħana estrema fuq ix-xogħol - jew ġewwa jew barra - fl-aħħar 12-il xahar, juru s-sejbiet mill-istħarriġ Ewropew tagħna dwar il-ħaddiema OSH Pulse 2025 “OSH Pulse 2025 “Occupational safety and health in the era of climate and digital change” (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-era tat-tibdil fil-klima u dak diġitali)*. F’pajjiżi bħall-Greċja, Ċipru jew il-Kroazja, din iċ-ċifra togħla għal madwar wieħed minn kull tlieta. Id-data tal-istħarriġ turi assoċjazzjoni bejn l-esponiment għal sħana estrema u riskji għas-saħħa, speċjalment f’xi setturi u impjiegi.

Biex tgħin lill-impjegaturi u lill-ħaddiema jipprevjenu u jimmaniġġjaw ir-riskji għas-saħħa ta’ sħana estrema, l-EU-OSHA ppubblikat Sħana fuq il-post tax-xogħol – Gwida għall-postijiet tax-xogħol, disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE. Din tistabbilixxi passi prattiċi biex jiġi limitat l-esponiment, jiġu rikonoxxuti s-sinjali bikrija ta’ mard relatat mas-sħana, u jkun hemm rispons effettiv meta jkun meħtieġ.

Uża u għinna nxerrdu Is-sħana fuq il-post tax-xogħol – Gwida għall-postijiet tax-xogħol
Ara u qajjem sensibilizzazzjoni b’Napo fi... Sħana wisq biex taħdem!

* Ir-riżultati kollha mill-OSH Pulse 2025 “Occupational safety and health in the era of climate and digital change” (Is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-era tat-tibdil fil-klima u dak diġitali) se jiġu ppubblikati f’Settembru, ibqa’ aġġornat(a)!