You are here

L-Irlanda

Ix-xogħol tal-Aġenzija għas-Saħħa u s-Sigurtà huwa mmirat biex iġib bidla permanenti fil-kultura. Kultura fejn it-tmexxija proattiva tas-sigurtà, is-saħħa u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol hija meqjusa minn kulħadd bħala li tagħti kontribut sinifikanti għas-suċċess għal terminu twil ta’ kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni. Aħna nemmnu li jekk nipprovdu viżjoni u direzzjoni strateġika lkoll niksbu din il-bidla fil-kultura.


Hemm evidenza qawwija li turi li n-negozji li jħaddnu prattiċi tajba ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol huma iktar kompetittivi u iktar produttivi. Uħud mill-iktar kumpaniji ta’ suċċess fl-Irlanda huma dawk li jpoġġu enfasi qawwija fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-impjegati tagħhom. Barra minn hekk, saħħa u sigurtà tajbin fuq il-post tax-xogħol għandhom il-potenzjal li jtejbu s-saħħa u l-benesseri ġenerali tas-soċjetà tagħna.


L-approċċ wiesa’ tagħna jsegwi żewġ fergħat ewlenin. L-ewwel, biex imexxi u jirbaħ l-impenn ta’ dawk kollha li jistgħu jinfluwenzaw il-prestazzjoni fis-saħħa u s-sigurtà, u t-tieni biex jinforza l-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fejn il-konformità ma titteħidx bis-serjetà.


Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Health and Safety Authority
3rd floor, Hebron House, Hebron Road
R95 T91Y Kilkenny
L-Irlanda
Contact person:
Gavin LONERGAN
Tel: +353 (01) 799 7838
Indirizz elettroniku: gavin [at] hsa [dot] ie