You are here

Id-Danimarka

L-Awtorità Daniża dwar l-Ambjent tax-Xogħol hija l-koordinatriċi tal-kooperazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol. Din topera taħt l-awspiċju tal-Ministeru għax-Xogħol u hija responsabbli għall-assigurazzjoni tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol li tapplika fir-rigward tal-impjiegi kollha fid-Danimarka. Madankollu, hemm ċerti setturi li għalihom, ir-regolamentazzjoni u l-infurzar tagħha ġew devoluti lil awtoritajiet oħra.


L-Aġenzija Daniża dwar l-Enerġija


  • hija responsabbli għas-superviżjoni tal-installazzjonijiet off-shore.
  • L-Awtorità Marittima Daniża hija responsabbli għas-superviżjoni tat-tbaħħir.
  • L-Amministrazzjoni Daniża għall-Avjazzjoni Ċivili hija responsabbli għas-superviżjoni fis-settur tal-avjazzjoni.

L-Awtorità tal-Ambjent tax-Xogħol tgħin biex tassigura ambjent tax-xogħol sigur, li jġib ’il quddiem is-saħħa u li jitjieb b’mod kostanti permezz ta’ superviżjoni effikaċi, regolamentazzjoni xierqa u b’informazzjoni. Jekk l-Awtorità ssib li l-leġi¿lazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol tkun qiegħda tinkiser, hemm diversi sanzjonijiet li hija tista’ timponi. L-Awtorità tabbozza wkoll ordnijiet u istruzzjonijiet, f’kooperazzjoni mal-imsieħba fis-suq tax-xogħol. Il-kwartieri ġenerali tagħha huma f’Kopenħagen, kif ukoll tnejn mis-sitt ċentri tagħha. L-Awtorità tal-Ambjent tax-Xogħol hija l-koordinatur għall-kooperazzjoni mal-OSHA


Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Danish Working Environment Authority
Landskronagade 33
2100 Copenhagen
Id-Danimarka
Contact person:
Elsebeth JARMBAEK
Tel: +45 722 09431
Indirizz elettroniku: elja [at] at [dot] dk