You are here

Franza

Is-sistema Franċiża għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol tinkludi:


  • il-Ministeru tax-Xogħol, li jfassal u jimplimenta l-politika Franċiża dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u jamministra l-kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali fil- Conseil d’orientation sur les conditions de travail (COCT) [Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol],
  • il-korpi tas-sigurtà soċjali, li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol fil-qasam tal-inċidenti industrijali u l-mard ikkaġunat mix-xogħol. Iffinanzjata b’mod esklussiv bil-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem, is-sistema hija mmaniġġjata mill-imsieħba soċjali. Hija sostnuta mill-Caisse Nationale d’Assurance Maladie des Travailleurs Salariés (CNAMTS) [il-Fond Nazzjonali għall-Assigurazzjoni tas-Saħħa għall-Ħaddiema b’Salarju] u l-Caisses Régionales d’Assurance Maladie [il-fondi reġjonali għall-assigurazzjoni tas-saħħa].
  • korpi xjentifiċi, operattivi u mediċi responsabbli mill-prevenzjoni, tbassir, tixrid tal-għarfien ta', u ġestjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol. Il-korp ewlieni hu l-Agence Française de Sécurité Sanitaire de l’Environnement et du Travail, [l-Aġenzija Franċiża għas-Sigurtà tas-Saħħa fl-Ambjent u fuq il-Post tax-Xogħol], li jipparteċipa fit-titjib tal-għarfien fil-qasam tal-prevenzjoni tar-riskji professjonali. L-Agence nationale pour l’amélioration des conditions de travail [l-Aġenzija Franċiża għas-Sigurtà tas-Saħħa fl-Ambjent u fuq il-Post tax-Xogħol] toffri pariri lill-intrapriżi u tieħu azzjoni fil-qasam operattiv tal-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol,
  • fl-aħħar nett, is-servizzi mediċi fuq il-post tax-xogħol huma pprovduti mill-uffiċjali tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li, l-irwol esklussivament preventiv tagħhom huwa li jiżguraw li ma jkunx hemm deterjorament fis-saħħa tal-ħaddiema dovuta għax-xogħol tagħhom.

Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Ministère du Travail, de l'Emploi, de la Formation professionnelle et du Dialogue social
39-43 quai André Citröen
75739 Cedex 15 Paris
Franza
Contact person:
Katell DANIAULT
Tel: +33 1 44 38 25 08
Indirizz elettroniku: katell [dot] daniault [at] travail [dot] gouv [dot] fr