Norveġja

L-Att Legali Norveġiż tal-Ambjent tax-Xogħol huwa intiż biex jassigura kondizzjonijiet siguri għall-impjiegi, ambjent tax-xogħol ħieles mill-periklu u sitwazzjoni ta’ xogħol stabbli għall-impjegati kollha. L-intrapriżi nfushom huma responsabbli mill-prevenzjoni ta’ inċidenti relatati max-xogħol u l-ħsara lis-saħħa tal-ħaddiema. Min iħaddem għandu l-obbligu sabiex jassigura li l-ambjent tax-xogħol u l-livell ta’ sigurtà jkunu xierqa u sodisfaċenti. L-awtorità tgħin billi tassigura li l-intrapriżi jagħmlu xogħol sistematiku relatat mas-saħħa, is-sigurtà u l-ambjent (HSE). L-Awtorità Norveġiża ta’ Spezzjoni, l-Awtorità Norveġiża għas-Sigurtà tal-Petrolju u l-Istitut Nazzjonali tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (STAMI) jaqgħu taħt l-awspiċi tal-Ministeru tax-Xogħol. Barraminnhekk, l-Awtorità Norveġiża għall-Ispezzjoni tax-Xogħol hija aġenzija governattiva. L-awtorità hija responsabbli mis-superviżjoni tal-intrapriżi sabiex ikun assigurat li huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Att Legali Norveġiż tal-Ambjent tax-Xogħol.


L-Awtorità Norveġiża għall-Ispezzjoni tax-Xogħol tagħmilha ta’ Punt Fokali għall-kuntatti mal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol.


Focal points' contact details

  • Arbeidstilsynet/The Norwegian Labour Inspection Authority
    Statens hus, Prinsens Gate 1
    7468
    Trondheim
    Norway
    Contact person: Astrid Lund RAMSTAD
    E-mail address:
    focal.point [at] arbeidstilsynet.no