Albanija

Wara li f’Ġunju 2006 ġie ffirmat il-Ftehim ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni (Stabilisation and Association Agreement (SAA)), l-Albanija saret parti mill-Proċess ta’ Stabilizzazzjoni u Assoċjazzjoni. Fi ħdan dan il-qafas, sar progress kbir relatat mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. “L-istrateġija Nazzjonali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol” ġiet abbozzata mill-gvern u approvata mill-parlament.


“Il-Liġi fuq is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol” ġiet abbozzata u huwa mistenni li tiġi approvata mill-parlament. Kien hemm koordinazzjoni bejn l-istituzzjonijiet li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u d-djalogu soċjali ġie msaħħaħ.


Il-parteċipazzjoni tal-Albanija fin-netwerk tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (UE-OHSA) hija importanti ħafna għall-operazzjoni tal-iskema tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, bħalma huwa important l-appoġġ tal-Aġenzija għall-Punt Fokali Nazzjonali.


Il-Punt Fokali Nazzjonali għandu erba’ rwoli strateġiċi: l-organizzazzjoni tan-netwerk nazzjonali, il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ konsulenza tal-Aġenzija; il-ġestjoni tas-sit elettroniku tal-Punt Fokali Nazzjonali; u l-organizzazzjoni tal-kampanja “Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol”.


Focal points' contact details

  • Inspektorati Shteteror i Punes dhe Sherbimeve Shoqerore
    Rr. Dervish Hima
    --
    Tirana
    Albania
    Contact person: Eda BEQIRI
    E-mail address:
    Eda.Beqiri [at] sli.gov.al