You are here

Il-Polonja

Fil-Polonja, l-att legali li jirrigwarda d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ħielsa mill-priklu huwa l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja. Il-mezzi kif jiġi implimentat dan id-dritt huwa spjegat fil-liġi, l-aktar fil-Kodiċi tax-Xogħol. Ir-regolamentazzjoni bażika fil-qasam tal-OHSA tinstab f'Taqsima X tal-Kodiċi, filwaqt li Taqsima VII titratta dwar il-protezzjoni tan-nisa fuq ix-xogħol, u Taqsima IX fuq il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol. Is-sistema ta' organizzazzjoni fuq il-protezzjoni tax-xogħol tista' tinqasam f'sistema nazzjonali u sistema ta' bdil ta' xogħol.



Is-sistema nazzjonali tinkludi l-parlament, il-gvern u uffiċini statali oħra, il-korpi ta' superviżjoni statali u ta' kontroll, li kollha għandhom kompiti differenti. Il-korpi ta' kontroll u ta' superviżjoni jinkludu l-Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol, l-Ispettorat Nazzjonali tas-Saħħa, l-Uffiċċju ta' Spezzjoni Teknika u l-qrati u l-uffiċċju tal-prokuratur pubbliku. Rwol importanti fis-sistema ta' organizzazzjoni tal-OHSA jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill ta' Protezzjoni tax-Xogħol, li jieħu azzjoni f'Sejm għar-Repubblika tal-Polonja, u jikkontrolla l-Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol (għal iżjed dettalji jekk jogħġbok żur: http://www.ciop.pl/15845.html)


Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Centralny Instytut Ochrony Pracy - Panstwowy Instytut Badawczy
ul. Czerniakowska 16,
00-701 Warsaw
Il-Polonja
Contact person:
Wiktor Marek ZAWIESKA
Tel: +48 22 6233697
Indirizz elettroniku: focalpoint [dot] pl [at] ciop [dot] pl