You are here

Repubblika Ċeka

Fir-Repubblika Ċeka, is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri fuq ix-xogħol jiffurmaw parti mill-kompetenza tal-Ministeru tax-Xogħol u l-Affarjiet Soċjali, li jieħu ħsieb ukoll id-djalogu mal-imsieħba soċjali u mal-Ministeru tas-Saħħa tar-Repubblika Ċeka. Sa ċertu punt, dan il-qasam jifforma parti mill-kompetenzi tal-Uffiċju tal-Minjieri Ċek u tal-Uffiċċju tal-Istat għas-Sigurtà Nukleari wkoll.

Il-verifika tax-xogħol mill-"Uffiċċju ta' Verifika tax-Xogħol tal-Istat" bl-ispettorati reġjonali tinforza l-konformità mal-istandards tal-kondizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. L-Awtorità Statali għall-Protezzjoni tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li tifforma parti mill-Ministeru tas-Saħħa fir-Repubblika Ċeka hija responsabbli mill-infurzar tal-istandards tas-saħħa fuq il-post tax-xogħol. L-Uffiċju tal-Minjieri Ċek jinforza l-konformità tal-istandards tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-industrija tal-minjieri u meta jkun qed jintuża l-isplussiv. L-Uffiċċju Statali għas-Sigurtà Nukleari huwa responsabbli minn affarjiet regolatorji relatati mar-radjazzjonijiet jonizzanti.

Il-Kunsill tripartitiku tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, il-korp konsultattiv għall-Gvern Ċek jikkoordina l-għadd numeruż ta' attivitajiet tal-istat u l-imsieħba soċjali fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-President tal-Kunsill huwa l-Ministru tax-Xogħol u l-Affarjiet Soċjali.

Il-punt fokali Ċek jikkoordina u jmexxi s-sigurtà tax-xogħol nazzjonali u n-netwerk tas-saħħa. (VUBP) l-Istitut Ċek għar-Riċerka fuq is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa Pubblik (SZU) huma ċentri ta' għarfien fuq il-benesseri fuq ix-xogħol. Dawn jiġbru l-informazzjoni fuq is-saħħa, is-sigurtà u l-benesseri fuq ix-xogħol u jwettqu riċerka relatata.

Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Výzkumný ústav bezpečnosti práce (Occupational Safety Research Institute)
Jeruzalemska, 9
116 52 Prague 1
Ir-Repubblika Ċeka
Contact person:
Daniela KUBICKOVA
Tel: + 420 724 301 255
Indirizz elettroniku: kubickova [at] vubp-praha [dot] cz