You are here

Portugall

Il-Punt Fokali Portugiż huwa amministrat mill-ACT – L-Awtorità dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol taħt l-amministrazzjoni diretta tal-Ministeru tal-Istat għas-Solidarjetà, l-Impjiegi u s-Sigurtà Soċjali iżda mogħni b’awtonomija amministrattiva fit-territorju kollu kontinentali. Il-missjoni ewlenija tal-ACT hija li tippromwovi t-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol, billi tippromwovi l-politiki dwar il-prevenzjoni ta’ perikli okkupazzjonali u tikkontrolla l-konformità mal-istandards tax-xogħol u mal-liġijiet li jikkonċernaw is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fis-setturi kollha ta’ attività, kif ukoll fis-servizzi amministrattivi ċentrali u lokali, inklużi istituti pubbliċi. Bħala korp tripartitiku, l-ACT taħdem mas-sħab soċjali (preżenti fil-Kunsill Konsultattiv) biex tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika fl-OHS u biex jiġu promossi l-Kampanji Ewropej.


Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Autoridade para as Condiçôes do Trabalho
Avenida Fernao Magalhaes 447-1º
3000-177 Coimbra
Il-Portugall
Contact person:
Emília TELO
Tel: +351 239 400 000