You are here

It-Turkija

Fit-Turkija, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa fil-qasam tal-ħidma tal-Ministeru tax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali. Hemm erba’ protagonisti li jipparteċipaw fis-Sistema tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol fit-Turkija u li jaħdmu fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fi ħdan il-Ministeru.


  • Id-Direttorat Ġenerali tal-OHS, il-Punt Fokali tan-Netwerk tal-Aġenzija, jaħdem fuq il-leġiżlazzjoni, it-tfassil tal-politika, l-awtorizzazzjoni tal-individwi, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li jservu fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, iżid l-għarfien u l-attivitajiet ta’ informazzjoni, il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni nazzjonali u internazzjonali tan-Netwerk Nazzjonali tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fit-Turkija. Iċ-Ċentru tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (ISGUM), korp affiljat tad-DGOHS, jaħdem fuq kejl fuq il-postijiet tax-xogħol u jistabbilixxi standards ta’ kejl.
  • Il-Bord għall-Ispettorat tax-Xogħol jispezzjona l-konformità mar-regolamenti tal-OHS fuq il-post tax-xogħol.
  • Iċ-Ċentru tat-Taħriġ u r-Riċerka għax-Xogħol u s-Sigurtà Soċjali (ÇASGEM), jorganizza t-taħriġ għall-professjonisti u gruppi oħra fil-mira relatati mas-saħħa u s-sigurta fuq il-post tax-xogħol minbarra t-taħriġ l-ieħor marbut mal-ħajja tax-xogħol.
  • L-Istituzzjoni għas-Sigurtà Soċjali (SGK), tiġbor u tanalizza data dwar il-ħajja tax-xogħol, tipprovdi statistika dwar ix-xogħol u kumpens fil-każ ta’ mard u aċċidenti fuq il-post tax-xogħol.

Dettalji ta’ kuntatt tal-punti fokali

Calisma ve Sosyal Guvenlik Bakanligi
Inönü Bulvari, I Blok, No. 42, Kat. 4
06100 Emek Ankara
It-Turkija
Contact person:
Ismail GERIM
Tel: +90 3122 1550 21
Indirizz elettroniku: igerim [at] csgb [dot] gov [dot] tr