Fil-Punt Fokali tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol Fi Spanja, il-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol hija regolata mil-Liġi 31/95 u mir-regolamenti kumplimentari tagħha jew li jiżviluppaw minnha. L-awtorijtajiet pubbliċi jmexxu l-politika fil-qasam tal-prevenzjoni tar-riskji fuq il-post tax-xogħol għall-promozzjoni u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kontroll tal-attivitajiet tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi b’kompetenzi fuq kwistjonijiet ta’ prevenzjoni, u l-parteċipazzjoni tal-impjegati u ta’ min iħaddem f’dawk l-attivitajiet permezz tal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom.
Amministrazzjonijiet Pubbliċi b’kompetenzi fuq kwistjonijiet relatati mal-post tax-xogħol jagħmlu dawn id-dmirijiet: il-promozzjoni tal-prevenzjoni, pariri tekniċi, sorveljanza u kontroll tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar riskji fuq il-post tax-xogħol u sanzjonar ta’ ksur tal-liġi. L-Istitut Nazzjonali għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (INSHT) huwa l-korp xjentifiku u tekniku tal-Amministrazzjoni Ġenerali tal-Istat.
Fir-rigward tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u n-Netwerk tagħha, huwa jaġixxi bħala punt fokali nazzjonali, biex jiggarantixxi l-koordinazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni fuq livell nazzjonali.