Ċipru

Id-Dipartiment għall-Ispezzjoni tax-Xogħol huwa l-Punt Fokali Nazzjonali għal Ċipru.


Id-Dipartiment qed jopera taħt il-Ministeru tax-Xogħol u l-Assigurazzjoni Soċjali. L-għan bażiku tad-Dipartiment fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol huwa li jissalvagwardja l-livelli meħtieġa u adegwati tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għall-eliminazzjoni jew it-tnaqqis drastiku ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u ta' mard fuq il-post tax-xogħol u l-protezzjoni tal-pubbliku minn riskji li jirriżultaw minn attivitajiet ta’ xogħol.


Bħala l-Punt Fokali, id-Dipartiment huwa responsabbli għall-organizzazzjoni tan-Netwerk Nazzjonali tal-Informazzjoni u jipparteċipa fil-preparazzjoni u fil-materjalizzazzjoni tal-aġenda tal-Aġenzija. In-Netwerk Nazzjonali tal-informazzjoni huwa magħmul mill-Imsieħba Soċjali, kif ukoll minn organizzazzjonijiet oħrajn, b’interess speċjali fis-saħħa u s-sigurtà fis-settur tax-xogħol.


Id-Dipartiment jipparteċipa fl-organizzazzjoni tal-Ġimgħa Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, iniedi l-Kompetizzjoni Ewropea tal-Prattika Tajba dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Id-Dipartiment jipparteċipa attivament ukoll fil-laqgħat tal-Punti Fokali u tal-Bord Amministrativ tal-Aġenzija, kif ukoll fil-laqgħat tal-gruppi esperti.


Focal points' contact details

  • Department of Labour Inspection, Ministry of Labour and Social Insurance
    12 Apelli Street
    1080
    Nicosia
    Cyprus
    Contact person: Olga NICOLAIDOU
    E-mail address:
    onicolaidou [at] dli.mlsi.gov.cy