Is-sitema Ġermaniża għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha struttura doppja. Hija tgħaqqad id-dispożizzjonijiet tas-saħħa u s-sigurtà (fuq livell Federali u Governattiv) u l-istituzzjonijiet tal-assikurazzjoni awtonoma tal-inċidenti. L-istat (fuq livell Federali u Governattiv) jagħmel il-liġijiet, u jippromulga r-regolamenti u r-regoli tal-bordijiet tal-istat. Wara l-eżaminazzjoni tal-ħtiġijiet tagħhom, u bl-approvazzjoni tal-gvernijiet Federali u lokali, l-istituzzjonijiet tal-assikurazzjoni awtonoma tal-inċidenti tippubblika r-regoli tagħha għall-prevenzjoni tal-inċidenti.
L-uffiċjali tal-awtoritajiet ta' superviżjoni tal-istat rilevanti (f'dan il-każ, Land) u l-istituzzjonijiet tal-assikurazzjoni awtonoma tal-inċidenti għandhom responsabbiltà sekondarja fuq in-negozji u jipprovdu l-pariri.
L-Istrateġija Komuni Ġermaniża tas-Saħħa u s-Sigurtà (GDA) ġiet żviluppata mill-gvernijiet Federali u lokali u l-istituzzjonijiet tal-assikurazzjoni awtonoma tal-inċidenti sabiex iżommu, itejbu u jiżviluppaw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema permezz ta' politika maqbula ta' saħħa u sigurtà sistematikament applikata. Il-partijiet għal GDA ser jikkordinaw l-attivitajiet tagħhom f'din iż-żona ta' prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol aktar mill-qrib fil-futur, skont għanijiet maqbula b'mod konġunt għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Is-sistema doppja għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol fil-Ġermanja se tibqa’, iżda l-kollaborazzjoni bejn is-servizzi superviżorji tal-istituzzjonijiet statutorji tal-assigurazzjoni tal-inċidenti u l-awtoritajiet tas-sigurtà u s-saħħa tal-Länder fir-rigward tal-għoti ta’ pariri lin-negozji u l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tagħhom għas-sorveljanza se tkompli tiġi mtejba. (https://www.gda-portal.de/EN/Home/Home_node.html)
Jekk qed tfittex informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-liġi tax-xogħol, jekk jogħġbok ara s-sit web tal-Ministeru Federali għax-Xogħol (BMAS): DE: https://www.bmas.de/DE/Arbeit/Arbeitsrecht/arbeitsrecht.html / Verżjoni bl-Ingliż: https://www.bmas.de/EN/Labour/Labour-Law/labour-law-art.html