Montenegro

Is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Att għas-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ("Bulettin Uffiċjali tar-Repubblika tal-Montenegro", Nru 79/04), bir-regoli mgħoddija skont miżuri simili fuq is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, huwa mmexxi mill-Ministeru tax-Xogħol u l-Għajnuna Soċjali tal-Montenegro permezz tal-ispettorat tax-xogħol, jekk il-liġi ma tistipulax li s-superviżjoni tal-implimnetazzjoni ta' tali regolamenti f'attivitajiet speċifiċi ssir minn awtoritajiet oħra. L-attivitajiet tal-ispettorat tad-Diviżjoni tax-Xogħol huma parti integrali mill-ispettorat tax-Xogħol. Id-Diviżjoni hija mmexxija minn Spettur Għoli tax-Xogħol. L-uffiċjali fid-Diviżjoni huma spetturi tax-xogħol li jikkordinaw ir-relazzjonijiet tax-xogħol u spetturi taxxogħol responsabbli mill-attivitajiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Minbarra r-responsabbiltajiet u l-awtorizzazzjonijiet stipulati bil-liġi, l-ispettur tax-xogħol responsabbli mis-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għnadu jkun responsabbli u awtorizzat ukoll, li fil-proċess tas-superviżjoni, :



  • jeżamina l-atti ġenerali, il-ftehimiet kollettivi, il-kuntratti tax-xogħol, id-deċiżjonijiet, iċ-ċertifikati u atti individwali oħra, ir-rekords u dokumentazzjoni oħra relatata mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol;
  • jinvestiga inċidenti serji personali fuq ix-xogħol, inċidenti kollettivi u fatalitajiet. Barra mill-attivitajiet tad-Diviżjoni, ġie ffurmat il-Kunsill Soċjali fuq bażi tripatrika skont l-Att dwar il-Kunsill Soċjali ("Bulettin Uffiċjali tal-Montenegro", Nru 16/07) u jassumi l-irwol tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, li qabel kien magħrug bħala struttura "żjieda tripatrika" u kien jinkludi l-organizzazzjonijiet non-governattivi. It-taqsima kienet taħdem fuq sitwazzjonijiet relatati mas-sigurtà fuq ix-xogħol, u l-mediċina okkupazzjonali riċentement ġiet inkluża fil-Kunsill Soċjali. Fl-aħħar tal-2009, l-Istrateġija għat-titjib tas-saħħa tal-impjegati u s-sigurtà fuq ix-xogħol fil-Montenegro 2010 - 2014 ġiet adottata flimkien mal-Pjan ta' Azzjoni ta' Implimentazzjoni. L-imsieħba soċjali, flimkien mal-Gvern tal-Montenegro, huma r-rappreżentanti tat-Trade Union tal-impjegati tal-

    Montenegro u r-rappreżentanti tal-Trade Union ta' min iħaddem tal-

    Montenegro. L-irwol prinċipali fi ħdan is-sistema tas-sigurtà fuq ix-xogħol ġie delegat lill-Fond Assikurattiv ta' Rtirar u Diżabilità u l-Fond Assikurattiv tas-Saħħa, fejn l-impjegati kollha jridu jkunu inxurjati, li hija responsabbiltà tal-Ministeru tax-Xogħol u l-Għajnuna Soċjali li tant hu hekk ser iżomm l-informazzjoni fuq l-inċidenti fuq ix-xogħol, mard okkupazzjonali, mard relatat max-xogħol, u diżabilitajiet relatati max-xogħol fuq talba u kull xahar, għall kull sena kalendarja, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar, tas-sena ta' wara. Is-sistema tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-

    Montenegro tinkludi wkoll organizzazzjonijiet awtorizzati għas-sigurtà fuq kompiti ta' xogħol, kemm persuni legali kif ukoll mhumiex kwlifikati f'dak li jirrigwarda r-riżorsi umani, organizzattiv, tekniku jew kondizzjonijiet oħra msemmija mill-Ministeru tax-Xogħol u l-Għajnuna Soċjali għall-prestazzjoni tal-kompiti li ġejjin:

  1. eżaminazzjoni (valutazzjoni) ta' dokumentazzjoni teknika sabiex tkun determinata l-adegwatezza tal-miżuri ta' prevenzjoni tas-sigurtà fuq ix-xogħol, ir-regolamenti u l-istandards tekniċi, sabiex tiġi assikurata l-konformità mal-protezzjoni tal-impjegati f'bini mgħammar b'dokumentazzjoni teknika elaborata għall-proċessi tax-xogħol li jridu jsiru bl-istess,
  2. kwalifika u l-verifika ta' kwalifikazzjoni għal xogħol ħieles mill-periklu għall-impjiegi tal-,
  3. ħaddiema skont Artikolu 36 tal-Att dwar is-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol,
  4. il-preparazzjoni tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju, flimkien mal-miżuri proposti tal-eliminazzjoni ta' ,
  5. eżamijiet perjodiċi u l-ittestjat tat-tagħmir, tagħmir personali u tagħmir għas-sigurtà fuq ix-xogħol,
  6. eżamijiet perjodiċi u l-ittestjar ta' stallazzjonijiet elettriċi, u
  7. l-eżaminazzjoni tal-kondizzjonijiet ambjentali tax-xogħol (fiżiċi, kimiċi u bijoloġiċi, dawl u klima).

L-istituzzjonijiet tas-saħħa awtorizzati, l-Assoċjazzjoni tax-Xogħol tal-Montenegroorganizzazzjonijiet nongovernattivi u kumpaniji ta' assikurazzjoni għandhom jissemmew ukoll.


Focal points' contact details