Latvja
Il-Punt Fokali tal-Latvja huwa amministrat mill-Ispettorat tax-Xogħol tal-Istat. Il-fluss tal-informazzjoni huwa ġestit mill-Bord tal-Informazzjoni, li huwa kompost minn rappreżentanti OHS mill-Ministeru tal-Welfare, l-Ispettorat tax-Xogħol tal-Latvja, it-trejdjunjin tal-Latvja, il-Konfederazzjoni ta' min iħaddem tal-Latvja kif ukoll l-Istitut għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u s-Saħħa Ambjentali (IOSEH).
Id-disinn tal-websajt tal-internet huwa wieħed mill-kompiti ġestiti mill-Punt Fokali. Fuq il-websajt jemm varjetà ta' informazzjoni relatata mal-OHS dwar is-sitwazzjoni fil-Latvja. Partijiet interessati jistgħu isibu aħbarijiet dwar aktar żviluppi fil-leġiżlazzjoni, attivitajiet ippjanati, dispożizzjonijiet leġiżlattivi, pubblikazzjonijiet u statistiċi, li jikkontribwixxu għall-idea ġenerali tal-qasam tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fil-Latvja.