Is-Slovakkja

Il-korpi amministrattivi statali b’responsabilità fil-kamp tal-ispezzjoni tax-xogħol huma l-Ministeru tax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja tar-Repubblika Slovakka, l-Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol, li għandu s-sede tiegħu f'Košice, u tmien Spettorati tax-Xogħol, li jinsabu u li għandhom ġurisdizzjoni fuq oqsma li jikkorrispondu għat-tmien reġjuni amministrattivi tar-Repubblika Slovakka.



L-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol stabbiliet netwerk ta’ Punti Fokali f’kull Stat Membru tal-UE. Fir-Repubblika Slovakka, l-Ispettorat Nazzjonali tax-Xogħol jaġixxi bħala l-Punt Fokali. Il-kompitu ewlieni tiegħu huwa li jipproduċi materjal u jxerred informazzjoni dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fuq livell nazzjonali.


Focal points' contact details

  • National Labour Inspectorate / Národný inšpektorát práce
    Masarykova 10
    04001
    Kosice
    Slovakia
    Contact person: Ladislav KEREKEŠ
    E-mail address:
    osha [at] safework.gov.sk