Malta

L-entità Nazzjonali responsabbli għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol f'Malta hija l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) stabbilita bl-Att XXVII tal-OHSA tal-2000. L-OHSA hija magħmula minn Membri tal-Bord innominati mill-Ministru f'konsultazzjoni mal-Membri Tripartitiċi li huma rrappreżentanti b'mod prinċipali minn min iħaddem, impjegati u unjins. Barra minn hekk, tinkludi korp eżekuttiv fejn il-funzjonijiet ta' tali eżekuttiv huma kif ġej:



  • japplika d-dispożizzjonijiet tal-Att XXVII tas-sena 2000 u kwalunkwe regolament jew ordni magħmula taħthom;
  • jistabbilixxi strateġiji f'konsultazzjoni mal-Kap Uffiċjal Eżekuttiv, li bihom tista' tiġi implimentata politika nazzjonali ġenerali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
  • jagħti parir lill-Ministru responsabbli għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol dwar l-għemil ta' regolamenti biex jippromwovi, jżomm u jipproteġi livell għoli ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
  • jimmonitorja l-konformità mal-leġiżlazzjoni relevanti dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u biex jieħu azzjoni ta' infurzar,
  • iħejji regolamenti jew Kodiċi ta' Prattika meħtieġa biex jippromwovi, jżomm u jipproteġi livell għoli ta' saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
  • jippromwovi t-tixrid ta' informazzjoni dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u l-metodi meħtieġa biex jipprevjeni korrimenti, saħħa ħażina jew mewt fuq il-post tax-xogħol,
  • jippromwovi edukazzjoni u taħriġ dwar is-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, u emerġenza u rispons tal-ewwel għajnuna fuq il-postijiet tax-xogħol, (h) tiġbor u tanalizza dejat u statistika fuq korrimenti, saħħa ħażina jew mewt fuq il-post tax-xogħol, u fuq kwistjonijiet anċillari għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
  • iżomm reġistri ta' tali impjanti, installazzjonijiet, apparat, makkinarju, oġġetti, sustanzi jew kimiċi u maħsubin għall-użu f'xogħol li fl-opinjoni tal-Awtorità jipprovdu riskju serju għas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol,
  • iwettaq kwalunkwe investigazzjoni fuq kwalunkwe kwistjoni li tikkonċerna s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll investigazzjonijiet sabiex jiġi żgurat il-livell tas-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol ipprovduti fi kwalunkwe post tax-xogħol,
  • jippromovi u jwettaq riċerka xjentifika mmirata lejn metodi ta' prevenzjoni aħjar ta' saħħa ħażina, korriment jew mewt fuq il-post tax-xogħol;
  • iżomm reġistri ta' persuni kompetenti sabiex jagħtu parir fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Focal points' contact details

  • Occupational Health and Safety Authority
    17 Edgar Ferro Street
    PTA 1533
    Pieta'
    Malta
    Contact person: Melhino MERCIECA
    E-mail address:
    melhino.mercieca [at] gov.mt