Fl-Iżvizzera hemm żewġ liġijiet ewlenin li jirregolaw l-OHSA. Il-Liġi tax-Xogħol tkopri s-sigħat tax-xogħol, il-protezzjoni tas-saħħa, l-istandards tal-bini tal-postijiet tax-xogħol u l-protezzjoni tal-integrità personali. Il-Liġi tal-Assigurazzjoni kontra l-Aċċidenti tkopri l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u mard fuq il-post tax-xogħol li huma kkawżati kważi għal kollox mix-xogħol. L-ispettorati distrettwali tax-xogħol, is-SUVA (l-awtorità ewlenija tal-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti) u s-Segretarjat tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi (Seco) jinfurzaw il-liġijiet. Kummissjoni ta’ koordinament (EKAS) issegwi u tiffinanzja s-sistema tal-ispettorat tal-prevenzjoni tal-aċċidenti.
L-imsieħba soċjali huma rrappreżentati fl-EKAS u fil-Kummissjoni Federali tax-Xogħol, li tiżviluppa l-liġijiet ġenerali għall-protezzjoni tas-saħħa.
L-OHSA għandhom jiġu kkonsultati mill-kumpaniji b’riskju ogħla ta’ aċċidenti u b’iktar minn 10 impjegati.