Bulgarija

Fir-Repubblika tal-Bulgarija, il-politika pubblika dwar is-saħħa u s-sigurtà taqa' taħt il-Kunsill tal-Ministri. Il-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali jiżviluppa, jikkoordina u jimplimenta l-politika pubblika dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Il-Ministeru għas-Saħħa iġestixxi u jikkoordina attivitajiet għall-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa fuq ix-xogħol. L-Aġenzija Eżekuttiva tal-Ispettorat Ġenerali tax-Xogħol hija korp pubbliku responsabbli mis-superviżjoni globali ta' konformità mal-liġi tax-xogħol sabiex tassigura s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-impjieg. L-Istitut Nazzjonali tas-Sigurt Soċjali (NSSI) jipprovdi monitoraġġ tal-opinjoni xjentifika fuq il-kapaċità tax-xogħol, jinvestiga inċidenti relatati max-xogħol u jżomm dejtabejż dwar inċidenti relatati max-xogħol.


Il-politika soċjali dwar is-saħħa u s-sigurtà hija żviluppata u implimentata abbażi ta' kooperazzjoni triliterali fuq livell nazzjonali, settorjali u reġjonali. Il-Kunsill Nazzjonali għall-Kundizzjonijiet tax-Xogħol (NCWC) huwa l-korp attwali responsabbli mill-koordinazzjoni, konsultazzjoni u kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-politika tas-saħħa fuq livell nazzjonali. Hemm kunsilli reġjonali fid-distretti amministrattivi lokali sabiex jassiguraw kooperazzjoni triliterali dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Hemm ukoll kumitati dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-ħidma kollha, li jipprovdu pjattaforma għad-djalogu bejn min iħaddemu l-impjegati.


Focal points' contact details

  • Ministry of Labour and Social Policy
    2 Triaditza Street
    1051
    Sofia
    Bulgaria
    Contact person: Darina KONOVA
    E-mail address:
    darina.konova [at] mlsp.government.bg