Id-data personali kollha miġbura mill-EU-OSHA hija pproċessata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2018/1725 il-ġdid tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Bħala prinċipju ġenerali, l-EU-OSHA tipproċessa biss data personali għall-eżekuzzjoni tal-kompiti mwettqa fl-interess pubbliku abbażi tat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u r-Regolament (UE) 2019/126 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94.

Is-suġġetti tad-data huma intitolati li jitolbu aċċess għad-data personali tagħhom, ir-rettifika u t-tħassir tad-data, ir-restrizzjoni jew l-oġġezzjoni għall-ipproċessar.

Kwalunkwe talba biex ikun eżerċitat wieħed minn dawk id-drittijiet għandha tiġi indirizzata b’email lill-parti organizzattiva tal-Aġenzija fdata bl-operazzjoni tal-ipproċessar kif indikat fid-dikjarazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data rilevanti tal-operazzjoni tal-ipproċessar.

Ir-regoli interni li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet ta’ ċerti drittijiet ta’ suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali li ġew adottati f’konformità mal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jista’ jsir aċċess għalihom hawnhekk.

Is-suġġetti tad-data jistgħu fi kwalunkwe ħin jikkonsultaw mal-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-EU-OSHA (dpo osha [dot] europa [dot] eu) jew jirrikorru għand il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Informazzjoni aktar speċifika dwar l-operazzjonijiet ta’ pproċessar li jinvolvu data dwar il-persuni, imwettqa mill-EU-OSHA hija disponibbli fir-reġistru ta’ rekords (PDF)tagħna.

Għal aktar informazzjoni dwar id-data personali miġbura mis-suġġetti tad-data, jekk jogħġbok ara d-dikjarazzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data tagħna.

Biex tkun taf dwar il-politika tal-internet tagħna inkluż l-użu tal-cookies u l-għażla ta’ opt-out ara l-istqarrija ta’ privatezza speċifika. Aħna nużaw il-midja soċjali biex nippreżentaw il-ħidma tagħna permezz tal-mezzi tax-xandir soċjali. Kull kanal tal-midja soċjali għandu l-politika tiegħu dwar kif jipproċessa d-data personali tiegħek meta taċċessa s-siti web tiegħu. Għalhekk, għandek taqra b’attenzjoni l-politika ta’ privatezza rilevanti qabel ma tuża l-midja soċjali.

Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni 2017 u r-riżultati ewlenin tal-evalwazzjoni

Openin: en
Niżżelin: en
Openin: bg | cs | el | en | es | fr | hr | is | lv | nl | pt | sl |
Niżżelin: bg | cs | el | en | es | fr | hr | is | lv | nl | pt | sl |
Access the infographic in: BG | CS | DA | DE | EL | EN | ES | ET | FI | FR | HR | HU | IS | IT | LT | LV | MT | NL | NO | PL | PT | RO | SK | SL | SV |