Karċinoġeni 
L-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol jikkawża l-maġġoranza tal-mard okkupazzjonali fatali fl-UE. Ħafna minn dawn l-imwiet ikunu jistgħu jiġu evitati. Hemm dispożizzjonijiet speċifiċi fl-UE biex jiġu protetti l-ħaddiema: skont id-Direttiva dwar il-Karċinoġeni u l-Mutaġeni, l-impjegaturi jridu jivvalutaw u jevitaw jew inaqqsu l-esponiment għall-karċinoġeni jew il-mutaġeni. L-EU-OSHA hija waħda minn sitt imsieħba li jappoġġaw il-Pjan Direzzjonali dwar l-Inizjattiva tal-Karċinoġeni.
1.6 miljun Kull sena, fl-Ewropa madwar 1.6 miljun persuna tal-età tax-xogħol jiġu dijanjostikati bil-kanċer.
Aktar minn 120,000 persunaHuwa stmat li kull sena, fl-UE aktar minn 120,000 persuna jiżviluppaw kanċer minħabba l-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol
Hemm madwar 80,000 mewtaKull sena jkun hemm madwar 80,000 mewta minħabba l-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol
Madwar 53% tal-imwiet relatati max-xogħol huma kkawżati mill-karċinoġeni
EUR 2.4 biljun kull sena Kull sena fl-Ewropa jintefqu EUR 2.4 biljun bħala spejjeż diretti tal-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol