L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) tikkontribwixxi biex tagħmel lill-Ewropa post tax-xogħol aktar sigur, aktar produttiv u li jġib aktar ’il quddiem is-saħħa. L-Aġenzija tirriċerka, tiżviluppa u tqassam informazzjoni affidabbli, ibbilanċjata u imparzjali dwar is-saħħa u s-sigurtà u torganizza kampanji pan-Ewropej ta’ sensibilizzazzjoni.
Dr Christa Sedlatschek, Direttriċi tal-UE-OSHA, hija tabiba (Università ta' Vjenna) u speċjalistà fis-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (OSH) u l-azzjonijiet tal-UE f'dan il-qasam. Inħatret Direttriċi fl-2011u hija responsabbli mill-ġestjoni u t-tmexxija ta' kuljum tal-UE-OSHA. Ikkonsulta s-sit elettroniku tal-UE-OSHA għal aktar informazzjoni.
“Inqas Stress għal aktar Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol” hija kampanja deċentralizzata miftuħa għal organizzazzjonijiet u individwi f’livelli lokali, nazzjonali u Ewropej. Hija kkoordinata f’livell nazzjonali mill-punti fokali tal-EU-OSHA f’aktar minn 30 pajjiż Ewropew, u appoġġjata minn sħab uffiċjali tal-kampanja – organizzazzjonijiet pan-Ewropej u multinazzjonali u s-sħab tal-kampanja fil-midja.
Struttura tal-EU-OSHA
Anzjanità Attiva fl-Ewropa
Stress relatat max-xogħol fl-Ewropa
Oqsma ta’ prijorità u attivitajiet tal-EU-OSHA
Is-siti web tagħna jippermettulek tagħmel tiftix b’mod komplet u jipprovdu kopertura komprensiva tal-kwistjonijiet OSH. Aħna nissuġġerixxu li tipprova tfittex informazzjoni fuq is-sit web korporattiv tagħna u fuq OSHwiki.
Madankollu, jekk ma tkunx tista’ ssib l-informazzjoni konkreta li tkun qed tfittex, jekk jogħġbok iċċekkja biex tara jekk il-mistoqsija tiegħek tinsabx fil-Mistoqsijiet Frekwenti (FAQs) hawn taħt u jekk le kkuntattjana billi tuża l-formola ta’ kuntatt tagħna.
Aħna nagħmlu l-għalmu tagħna, bir-riżorsi limitati tagħna, biex inwieġbuk fi żmien ġimagħtejn. Tista’ tiktbilna fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, iżda jekk jogħġbok żomm f’moħħok li jista’ jkun hemm xi dewmien sakemm nittraduċu l-messaġġ tiegħek u nibagħtu t-tweġiba tagħna. Il-messaġġi bl-Ingliż aktarx li jitwieġbu iżjed malajr għaliex il-persunal tagħna kollu jitkellem bl-Ingliż. L-għan tagħna huwa li nwieġbu l-mistoqsijiet kemm jista’ jkun malajr.
European Agency for Safety and Health at Work
BAT | B Accelerator Tower
Gran Vía Don Diego López de Haro, 1, 16th floor
48001 Bilbao, SPAIN
Biex tagħmel kuntatt magħna
Għal mistoqsijiet u assistenza ġenerali, jekk jogħġbok ibagħtilna email fuq:
information [at] osha [dot] europa [dot] eu (information[at]osha[dot]europa[dot]eu)
Brussels Liaison Office
European Agency for Safety and Health at Work,
Rue du Commerce, 46 – P046 (Floor 2),
1000 Brussell, Belgium
Għal affarijiet interistituzzjonali, stediniet u avvenimenti relatati ma’ Brussell, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:
Tel: +34 944 358 306
Email: blo [at] osha [dot] europa [dot] eu (blo[at]osha[dot]europa[dot]eu)
Informazzjoni dwar kif l-EU-OSHA tipproċessa d-data personali tal-viżitaturi fil-bini tagħna hija disponibbli hawnhekk: Dikjarazzjoni dwar il-Protezzjoni tad-Data dwar l-aċċess għall-viżitaturi fl-Aġenzija.