L-isem Kosovo huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tiegħu.

Is-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Att għas-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ("Bulettin Uffiċjali tar-Repubblika tal-Montenegro", Nru 79/04), bir-regoli mgħoddija skont miżuri simili fuq is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, huwa mmexxi mill-Ministeru tax-Xogħol u l-Għajnuna Soċjali tal-Montenegro permezz tal-ispettorat tax-xogħol, jekk il-liġi ma tistipulax li s-superviżjoni tal-implimnetazzjoni ta' tali regolamenti f'attivitajiet speċifiċi ssir minn awtoritajiet oħra. L-attivitajiet tal-ispettorat tad-Diviżjoni tax-Xogħol huma parti integrali mill-ispettorat tax-Xogħol.

Fir-Repubblika tas-Serbja, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tax-Xogħol u l-Politika Soċjali. Il-Ministeru jinkludi żewġ korpi amministrattivi attivi fil-qasam tas-suġġett, b’mod partikolari d-Direttorat tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li, fost affarijiet oħrajn, iħejji l-leġiżlazzjoni u l-Ispettorat tax-Xogħol kompetenti għas-superviżjoni tal-infurzar tagħha.

Ir-responsabbiltà għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-Awstrija hija maqsuma bejn diversi korpi. Il-bażi legali u r-regolamenti qegħdin fl-Att tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol [ArbeitnehmerInnenschutzgesetz]. L-ispettorat tax-xogħol, l-Ispettorat tax-Xogħol għat-Trasport (VAI), l-ispettorati provinċjali [Land] tal-Agrikoltura u l-Afforestazzjoni u impjegati ta' organizzazzjonijiet li jservu fis-settur pubbliku huma responsabbli mill-ħarsien li jkun hemm konformità mal-liġi relatata mas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Fil-Polonja, l-att legali li jirrigwarda d-dritt għal kondizzjonijiet tax-xogħol ħielsa mill-priklu huwa l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Polonja. Il-mezzi kif jiġi implimentat dan id-dritt huwa spjegat fil-liġi, l-aktar fil-Kodiċi tax-Xogħol. Ir-regolamentazzjoni bażika fil-qasam tal-OHSA tinstab f'Taqsima X tal-Kodiċi, filwaqt li Taqsima VII titratta dwar il-protezzjoni tan-nisa fuq ix-xogħol, u Taqsima IX fuq il-protezzjoni taż-żgħażagħ fuq ix-xogħol.

Fis-Slovenja, is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Ministeru għax-Xogħol, il-Familja, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs u l-Ministeru għas-Saħħa. Dawn iż-żewġ ministeri jimmonitorjaw u jivvalutaw is-sitwazzjoni fil-qasam imsemmi qabel u abbażi ta’ dan ifasslu regolamenti u soluzzjonijiet għar-regolamentazzjoni standardizzata tas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. Il-kontroll fuq l-implimentazzjoni tar-regolamenti f’dan il-qasam jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Ispettorat tax-Xogħol tar-Repubblika tas-Slovenja.