Sommarju - It-Tieni Stħarriġ Ewropew ta' Intrapriżi dwar Riskji Ġodda u Emerġenti (ESENER-2).
18/03/2015
Tip:
Rapporti
18 paġni
It-tieni edizzjoni ta' stħarriġ madwar l-Ewropa tal-EU-OSHA dwar intrapriżi, ESENER-2, ġabret risposti minn kważi 50, 000 intrapriża dwar il-ġestjoni tal-OSH u r-riskji fuq il-post tax-xogħol, b'fokus partikolari fuq ir-riskji psikosoċjali, il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema u l-motivaturi u l-ostakoli għall-azzjoni. L-għan hu li tiġi pprovduta data komparabbli nazzjonali biex tgħin fit-tfassil tal-politika u tassisti l-postijiet tax-xogħol biex jindirizzaw ir-riskji b'mod aktar effettiv. Dan ir-rapport ta' sinteżi jipprovdi ħarsa ġenerali tar-riżultati ewlenin ta' ESENER-2 u jespandi fuq ir-Rapport tal-ewwel sejbiet ippubblikat fi Frar 2015.