Inti tista' tuża t-tfittxija ta' hawn fuq, minflok jew mur lura għall Paġna ewlenija

Is-sħab tal-media tagħna jirrappreżentaw grupp magħżul ta’ ġurnalisti u edituri, iddedikat għall-promozzjoni attiva tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol (OSH) fl-Ewropa kollha.

B’fokus partikolari fuq il-Kampanji dwar il-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa, is-sħubija tal-media toffri opportunitajiet uniċi biex il-mezzi tal-media jkunu involuti b’mod attiv. Permezz ta’ sħubija magħna, dawn jistgħu jibbenefikaw minn żieda fil-viżibbiltà, reputazzjoni msaħħa, u opportunitajiet ta’ networking siewja mal-esperti tal-OSH, mas-sħab u mal-pari tal-EU-OSHA.

Huwa meħtieġ li l-persuna ta’ kuntatt ewlenija jkollha għarfien prattiku tal-Ingliż fuq livell professjonali, peress li l-komunikazzjoni kollha se tkun bl-Ingliż.

Skopri l-offerta ta’ sħubija tal-media.

Jekk int interessat li tingħaqad fl-iskema, jekk jogħġbok ikkuntattja lil news [at] osha [dot] europa [dot] eu.

Il-pubblikazzjonijiet tagħna jvarjaw minn rapporti ta’ riċerka profonda għal folji ta' informazzjoni topiċi, iddisinjati għall-użu fil-post tax-xogħol. Kollha jistgħu jitniżżlu bla ħlas. Tista’ tfittex fil-librerija skont it-tip tal-pubblikazzjoni jew permezz ta’ kelma ewlenija. Jekk tkun tixtieq, tista’ tabbona wkoll għall-bullettin ta’ kull xahar bla ħlas tagħna — b’hekk ikun faċli li żżomm ruħek aġġornat/a dwar is-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali.

Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà tal-kontenut relatata mal-Brexit: Jekk jogħġbok kun af li pubblikazzjonijiet u kontenut ieħor fuq siti web li nħolqu qabel l-1 ta’ Frar 2020 jirreferu għal perjodi meta r-Renju Unit kien Stat Membru, u għaldaqstant jibqgħu relevanti.

Ir-regolament tal-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ (CLP) tal-Unjoni Ewropea bidel il-mod kif jiġu kkomunikati l-perikli kimiċi. Il-pittogrammi li jirreferu għas-saħħa u għall-periklu fiżiku nbidlu, inkluża l-introduzzjoni ta' tlieta ġodda fjamanti, u kien hemm xi bidliet fil-klassifikazzjoni u t-tikkettar. Ir-regoli l-ġodda jridu jiġu implimentati bil-mod il-mod fl-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-Premju għal Films Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu jonora l-aqwa dokumentarju dwar suġġetti relatati max-xogħol. Il-premju huwa ppreżentat mill-EU-OSHA fil-Festival Internazzjonali ta' Leipzig għal Films Dokumentarji u Animati (DOK Leipzig).

Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jippromwovu s-Saħħa għall-2012-13 'Naħdmu flimkien biex nevitaw ir-riskji' hija deċentralizzata u hija maħsuba biex tgħin lill-awtoritajiet nazzjonali, lill-kumpaniji, lill-organizzazzjonijiet, lill-maniġers, lill-ħaddiema u lir-rappreżentanti tagħhom u lil partijiet interessati oħra sabiex itejbu s-saħħa u s-sigurtà fil-post tax-xogħol. Il-kampanja tinkludi firxa sħiħa ta' attivitajiet fil-livell nazzjonali u Ewropew, inkluż laqgħat u seminars nazzjonali ta' sħubija.

Il-Proġett ta' previżjoni jinvolvi li wieħed iħares lil hinn minn dawk ir-riskji fuq il-post tax-xogħol li attwalment qegħdin joħorġu, biex jipprova jantiċipa l-bidla fuq terminu ta' żmien twil. Dan jinvolvi l-iżvilupp ta' xenarji f'ċerti oqsma, filwaqt li jħares lejn x'jista' jiġri minħabba ċerti żviluppi teknoloġiċi jew bidliet fis-soċjetà, u l-implikazzjonijiet għall-OHS, li jistgħu jaġixxu fuqhom dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet.

Dati ewlenin

  • Il-bidu tal-kampanja: 7 ta' April 2014
  • Tnedija tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba: 15 ta' April 2014
  • Ġimgħat Ewropej għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol: Ottubru 2014 u 2015
  • Ċerimonja tal-Premjijiet ta’ Prattika Tajba: April 2015
  • Samit tal-Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa: Novembru 2015

L-Eurofound (il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol) tipprovdi informazzjoni, pariri u kompetenzi dwar il-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol, relazzjonijiet industrijali u l-ġestjoni tal-bidla fl-Ewropa fil-qasam tal-politika soċjali tal-Unjoni Ewropea. Stabbilita fl-1975 u bbażata f’Dublin, l-Irlanda, il-Fondazzjoni taħdem fi sħubija mal-gvernijiet, dawk li jimpjegaw, it-trejdunjins u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea sabiex tippjana u tfassal kundizzjonijiet aħjar tal-ħajja u tax-xogħol fl-Ewropa.